|
L-GHERUQ TAR-RIFORMA PROTESTANTA (I)
Ir-Riforma Protestanta li lahqet il-qofol taghha bil-hidma ta’
Martin Luteru (1483-1546), Ulriku Zwingli (1484-1531) u Gwanni
Kalvinu (1509-1564), kellha gheruq li jmorru ferm ’il boghod mill-kontroversja
li nholqot minhabba t-taghlim taghhom u l-isfida li gabu maghhom
ghall-Knisja Kattolika. Ta’ min, ghalhekk jaghti daqqa ta’ ghajn
lejn l-isfond storiku, kulturali u religjuz li wassal ghal din
il-grajja tragika fil-hajja tal-Knisja. Qieghed nithaddet hawnekk
dwar is-sekli erbatax u hmistax.
L-Umanizmu.
Lejn tmiem is-seklu 14 nibet moviment imsejjah Umanizmu li,
bhalma juri l-isem stess, il-vizjoni tar-realtà ma baqghetx aktar
iCCentrata fuq Alla izda fuq il-bniedem.
a) Il-filosofija nfirdet mit-teologija. Ma baqghetx aktar
qaddejja taghha izda bdiet tizviluppa bhala xjenza indipendenti. Dan
gab mieghu t-tmiem tas-sintezi medjevali li kollox jibda minn Alla u
kollox jintemm fih. Il-bniedem u Alla bdew jitqiesu minn xi whud
bhala zewg suggetti indipendenti. Mil-lat religjuz dan il-moviment
zviluppa l-hsieb li jqieghed lill-individwu bhala interpretu
wahdieni tal-Kelma ta’ Alla, u t-twemmin fih bhala wiehed personali.
Zewg esponenti ta’ dan il-moviment kienu John Wycliff (1330-1384)
fl-Ingilterra u Jan Hus (C. 1369-1415) fil-Boemja. Dan il-hsieb
kompla zviluppa aktar ’il quddiem fiz-zmien ta’ espansjoni ekonomika
tal-perjodu rinaxximentali li wassal ghat-twelid tal-Kapitalizmu.
b) Fil-letteratura dahal generu letterarju gdid, l-awtobijografija,
li ghall-ewwel darba qieghdet lill-awtur bhala dak li jirrakkonta l-grajjiet
kif jarahom hu. Fix-xoghlijiet teatrali t-temi ma baqghux aktar
grajjiet bibbliCi u storiCi, izda studju tal-karattru ta’ l-individwu.
Fil-pittura bdiet aktar tispikka s-sbuhija tal-gisem uman bhala
rizultat ta’ zviluppi fl-istudju ta’ l-anatomija tal-bniedem. Il-kant
zviluppa minn wiehed uniformi Gregorjan ghal wiehed polifoniku fejn
it-temi ma baqghux neCessarjament religjuzi.
C) Mil-lat politiku, imbaghad, ghandna l-hsieb li l-fini
jiggustifika l-mezzi, li kien zviluppat fix-xoghlijiet ta’ Nicolò
Macchiavelli (1469-1527).
Hajja politika.
Wara l-KruCjati l-Ewropa
ma baqghetx aktar dak il-kontinent maghqud mibni fuq il-kunCett ta’
stat Kristjan. L-Imperu Ruman Imqaddes baqa’ jezisti, imma bdew
jidhru wkoll firdiet fi hdanu. Billi l-Imperatur kien jintghazel
mill-mexxejja tad-diversi stati tal-Germanja, dawn ta’ l-ahhar bdew
jiehdu setgha akbar u jkollhom aktar lehen dwar min sa jmexxi l-Imperu
u kif sa jmexxih. Bdiet tinbet ukoll l-idea ta’ stat-nazzjon
f’kuntrast ma’ l-idea ta’ imperu.
Franza bdiet tikber fis-sahha u turi l-oppozizzjoni taghha lejn
l-Imperu, bhalma wkoll, fis-sekli erbatax u hmistax, rebhet mill-gdid
dawk l-artijiet fuq it-territorju taghha li kienu f’idejn l-Inglizi.
L-Italja wkoll kienet maqsuma f’diversi stati (jew repubbliki)
iCCentrati fuq bliet kbar bhal Venezja, Genova, Milan u Siena.
FiC-Centru kien hemm l-Istati li kienu jaqghu taht il-hakma diretta
tal-Papa u li ghalhekk kienu jissejhu l-Istati Papali. Fin-nofsinhar,
imbaghad, kien hemm is-Saltna taz-zewg Sqallijiet li kienet tinkludi
fiha n-naha t’isfel ta’ l-Italja u Sqallija. Qabel ma gew fostna l-Kavalieri
ta’ San Gwann Malta kienet taghmel parti minnha wkoll.
Joseph Ellul OP |