Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Fidil il-Mulej f’kull kelma tieghu, twajjeb fl-ghemil tieghu kollu.
 
 


                 
                    L-GHERUQ TAR-RIFORMA PROTESTANTA (II)

             Kummerc u negozju. Is-sekli ta’ qabel ir-Riforma Protestanta raw il-bidu ta’ l-industrija tat-tessuti u s-suf. In-negozju tal-flus u s-self bl-imghax lis-slaten ta’ l-Ewropa kien f’idejn familji kbar u maghrufa, l-aktar dawk Taljani bhal Peruzzi u Bardi. Il-kummerc kien fl-aqwa tieghu l-aktar wara li l-familja Polo, maghmula minn Nicolò, Maffeo u Marco fethu t-triq ghan-negozju mal-Lvant Imbieghed, l-aktar mac-Cina. Ir-repubbliki ta’ Venezja u ta’ Genova kienu ilhom jaghmlu kummerC mas-saltniet ta’ l-Afrika ta’ Fuq, barra ma’ dawk ta’ l-Ewropa

Taqlib socjali. Bejn is-snin 1315 u 1317 waqa’ guh kbir fuq l-Ewropa. Il-hsad kien fqir hafna u dan gab mieghu mizerja u bosta mwiet. Biex tissokta zzid fuq din il-qaghda tal-biki, mill-1347 faqqghet il-Pesta, l-hekk imsejha l-Mewt is-Sewda. Din qerdet bejn kwart u terz tal-popolazzjoni ta’ l-Ewropa. Tragedja bhal din wasslet ghal emigrazzjoni tal-massa minn belt ghal ohra, li gabet maghha taqlib soCjali u demografiku.

     Dan kollu wassal ukoll ghal krizi fi hdan il-Knisja ghaliex il-pesta kaxkret maghha wkoll mijiet ta’ saCerdoti u religjuzi. Biex jaghmlu tajjeb ghal dan il-vojt kbir il-kleru u l-ordnijiet religjuzi bdew idahhlu maghhom kandidati immaturi u minghajr edukazzjoni adattata biex ihaddnu l-hajja ekklezjastika u religjuza. Dan kollu wassal biex mit-tieni nofs tas-seklu erbatax il-Knisja kellha bosta membri tal-kleru kif ukoll religjuzi li kienu korrotti u jghixu hajja skandaluza.

Il-Papa: bejn Avinjone u x-Xizma l-Kbira. Bejn l-1314 u l-1362 il-Papa telaq minn Ruma u mar joqghod f’Avinjone, fi Franza. Il-hsieb kien li Franza kienet f’qaghda aktar strategika biex huwa seta’ jmexxi l-Knisja l-aktar f’dawk iz-zminijiet mimlijin bil-gwerer. Dan il-pass, izda, wassal biex sar wiehed mill-kawzi tar-Riforma. Il-Knisja bdiet tinhakem mis-slaten Francizi u l-awtorità spiritwali tal-Papa spiccat taht l-awtorità temporali tas-sultan ta’ Franza hekk kif Papa wara l-iehor beda jkun Franciz. Bil-ghajnuna ta’ bosta nies kbar, fosthom Santa Katarina ta’ Siena, il-Papa (li dak iz-zmien kien Girgor XI) rega’ lura lejn Ruma fl-1378. Dan, izda, miet ftit wara u fl-elezzjoni li saret fuq pressjoni popolari kien elett kardinal Taljan li ha l-isem ta’ Urbanu VI. Kien bniedem twajjeb u riformatur kbir, imma kien ukoll bniedem dittatorjali u intransigenti. Dan l-agir nissel firda fil-kullegg tal-kardinali, bejn dawk FranCizi u dawk Taljani. Ta’ l-ewwel regghu lura Avinjone u hemmhekk hatru wiehed minn fosthom li sar l-anti-papa Klement VII. B’hekk sehhet dik il-grajja maghrufa bhala x-Xizma l-Kbira. Aktar tard, bil-hsieb li tintemm din il-qasma fil-Knisja, xi kardinali marru Pisa, u f’konCilju li sar fl-1409, hatru Papa iehor li ha l-isem ta’ Alessandru V. B’hekk il-qasma kibret. Kellu jkun il-Koncilju ta’ Kostanza (1414-1419), imniedi mill-imperatur Sigismondu ta’ l-Ungerija, biex regghet sehhet l-ghaqda. Dan il-Koncilju dahhal hafna riformi li kienu jixhdu l-iskandli ezistenti, fosthom is-simonija (ix-xiri ta’ titli ekklezjastici). Imbaghad bdiet tidhol l-idea tal-konciljarizmu, jigifieri li l-Koncilju huwa l-awtorità suprema fil-Knisja. Wara li ntemmet din il-firda, il-papiet riedu jaghmlu minn Ruma gawhra ta’ l-arti u ta’ l-arkitettura. Huma sahhew is-setgha temporali taghhom fl-Istati Papali li llum huma fost l-aktar anti-klerikali fl-Italja. Dan wassal ghal sensiela ta’ papiet li kienu jghixu hajja skandaluza jew li kienu jhaddnu politika ta’ nepotizmu, bhall-papiet Innocenz VIII, Alessandru VI, Ljun X.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn