| |
L-GHERUQ TAR-RIFORMA
PROTESTANTA (IlI)
Movimenti spiritwali.
Bhala reazzjoni ghal dawn il-grajjiet kollha beda jinbet kurrent
anti-teologiku li ta bidu ghal moviment spiritwali maghruf bhala
Devotio Moderna li minnu hargu xoghlijiet letterarji u
spiritwali kbar bhal L-Imitazzjoni ta’ Kristu. Izda dan
il-moviment fil-qofol tieghu fired l-ispiritwalità mit-teologija u
b’hekk holoq zbilanc fit-taghlim Nisrani. Id-Devotio Moderna
kienet fuq kollox reazzjoni ghall-kitbiet tal-mistici Dumnikani
tar-Renanja (Germanja) Ekhart, Tauler u Suso li, minbarra li kienu
nies ta’ spiritwalità kbira, kienu wkoll teologi u filosfi. Dawn
kienu jhaddnu t-taghlim ta’ San Tumas t’Akwinu (1225-1274), li kien
jistqarr li l-gherf tal-hwejjeg tas-sema huwa dak li jghaqqad
l-imhabba mal-gharfien taghhom; jigifieri, l-gherf huwa dak id-don
li jgeghelna nhobbu lil Alla.
Id-Devotio
Moderna, min-naha l-ohra, kienet tistqarr li l-kisba tal-gherf
twassal ghall-vanità u s-suppervja.
L-Istampa u s-Sejba ta’ l-Amerika.
L-invenzjoni ta’ l-istamperija fit-tieni nofs tas-seklu hmistax tat
bidu lil revoluzzjoni shiha intellettwali u socjali. Il-kitbiet issa
setghu jixxerrdu minghajr ma jkunu kkupjati bl-idejn. Minhabba
f’hekk diversi kurrenti ta’ hsieb bdew isiru aktar accessibbli
ghall-massa. Ftit wara dan, sehhet grajja ohra li ghadna nhossu
l-konsegwenzi taghha sallum.
Din hi s-sejba ta’ l-Amerka
minn Kristofru Kolombu fl-1492. Din il-grajja fethet l-orizzonti ta’
l-Ewropa lil hinn mix-xtut taghha u qajmet mill-gdid il-kummerc. L-Ewropa
ma baqghetx maghluqa fiha nfisha.
Imma din il-grajja kellha wkoll rizultati koroh li saru tebgha kerha
fuq l-istorja ta’ dan il-kontinent. Qieghed nirreferi ghall-massakri
li sehhu fuq ic-civiltajiet Indjani tal-kontinent Amerikan, frott
il-kilba ghall-poter u ghall-ghana tas-slaten Ewropej u ta’ dawk li
kienu jibaghtu hemmhekk biex jahkmu f’isimhom.
Ir-Riforma Luterana.
Qalb
dan it-taqlib kollu nibet moviment iehor msejjah ir-Riforma
Luterana. Il-qofol tal-hsieb Luteran jinsab fl-istudju li ghamel
Martin Luteru dwar it-teologija ta’ San Pawl, l-aktar dwar l-Ittra
lir-Rumani u jikkonsisti essenzjalment fil-laqgha personali
tal-bniedem mal-Kelma ta’ Alla. Filwaqt li t-teologija Kattolika
tenfasizza d-dimensjoni komunitarja li fiha tintlaqa’ l-Kelma ta’
Alla, dik Protestanta tqieghed fl-ewwel post lill-individwu. Martin
Luteru kien religjuz mill-aktar osservanti u professur fl-Iskrittura
Mqaddsa fl-Università ta’ Wittenberg. Darba kien qieghed jimmedita
fuq l-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani 1: 16-17, li jghidu: “Jiena ma
nisthix mill-Evangelju; ghax l-Evangelju hu l-qawwa ta’ Alla
ghas-salvazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu, l-ewwel il-Lhud u
mbaghad il-Griegi, u fih tidher il-gustizzja ta’ Alla minn fidi ghal
fidi, skond ma hemm miktub: ‘Il gust jghix bil-fidi.’” Huwa
interpreta dan il-kliem bhallikieku kien l-uniku pedament li fuqu
tinbena t-teologija Nisranija kollha. Ghal Luteru kollox kien
jistrieh fuq ic-certezza tas-salvazzjoni permezzz tal-fidi “minhabba
Kristu”.
Ahna nsalvaw permezz tal-fidi biss u din il-fidi tinsab
fl-Iskrittura. Din id-duttrina bdiet titfassal ghall-habta tas-sena
1517. Sentejn wara, waqt diskussjoni pubblika mqanqla mat-teologu
Johann Eck f’Leipzig huwa sfida l-kuncett ta’ awtorità tal-Knisja
Kattolika billi stqarr li l-koncilji m’humiex infallibbli. Dan kien
ifisser li l-Knisja tista’ tizbalja wkoll fi hwejjeg li huma marbuta
mal-fidi. L-istorja popolari ta’ l-hekk imsejha “bejgh ta’
l-indulgenzi” biex tinbena mill-gdid il-bazilka ta’ San Pietru,
bil-mod kif nafuha llum, kienet biss l-okkazjoni ghall-firda
definittiva bejn Luteru u l-Knisja Kattolika. Luteru ma akkuzax
lill-Knisja Kattolika b’hajja mhassra imma bi twemmin imhassar.
Dwar id-differenzi duttrinali nithaddtu fil-hargiet li jmiss.
Joseph Ellul OP |
|