| |
IR-RIFORMA LUTERANA
Il-moviment
li qajjem Martin Luteru (1483-1546) ghandu l-gheruq tieghu
fil-mistoqsijiet mill-aktar profondi li ghamel lilu nnifsu u li
tnisslu mill-hajja u mill-karattru ta’ dan il-bniedem kontroversjali.
Il-mistoqsija ewlenija li ghamel Luteru kienet: Kif jista’ wiehed
ikun çert mis-salvazzjoni? Maz-zmien din il-mistoqsija personali
zviluppat fi sforz min-naha tieghu biex jirriforma l-Knisja. Minn
duttrina dwar is-salvazzjoni zviluppat f’duttrina dwar il-Knisja.
Ghal Luteru l-Knisja kienet “il-gemgha ta’ dawk li huma ggustifikati.”
Minn hemm huwa pprova jaghti xejra aktar “lokali” lill-Knisja. Ma
kinitx aktar universali imma, ladarba l-gustifikazzjoni hija grazzja
minn Alla, mela l-Knisja tinsab kull fejn Alla jaghti din il-grazzja
fi Kristu. Fi kliem iehor il-Knisja tinsab kull fejn il-Vangelu jkun
mghallem bis-sewwa u kull fejn is-sagramenti jkunu amministrati
sewwa. B’hekk nibtu z-zewg espressjonijiet l-aktar ghal qalb
il-moviment Luteran, jigifieri, sola scriptura (l-Iskrittura
biss) u sola gratia (il-grazzja wahedha). Dwar il-Knisja huwa
ddistigwa bejn “il-Knisja li ma tidhirx u li hi tal-maghzulin” u l-Knisja
li tidher maghmula minn qaddisin u midinbin, u ghalhekk hija
istituzzjoni maghmula mill-bniedem. Hu ghalhekk li l-istruttura
gerarkika tal-Knisja ma ghandha ebda dritt tistqarr li fiha tinsab
is-saltna ta’ Kristu. Dan il-hsieb ta bidu ghall-attakk ta’ Luteru
fuq l-awtorità tal-Papa.
Aktar tard Luteru ammetta li fl-istruttura gerarkika tidher
il-prezenza tal-Knisja li ma tidhirx u li hi tal-maghzulin. Hemm
seba’ sinjali ta’ dan: ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla, il-maghmudija,
u l-Ikla tal-Mulej huma s-sinjali ewlenin, filwaqt li dawk
sekondarji huma s-setgha ta’ l-imfietah, il-ministeru, it-talb
pubbliku, u hajja Nisranija msawra fuq is-salib.
Luteru ma kienx kuntent bid-distinzjoni bejn kleru u lajçi. Fuq
il-bazi ta’ l-Ewwel Ittra ta’ Pietru kap 2, vers 9, fejn hemm miktub:
“Intom gens mahtur, saçerdozju rjali, nazzjoni qaddis, poplu miksub”,
huwa stqarr li l-imghammdin kollha huma saçerdoti u lkoll ghandhom
is-setgha saçerdotali tal-Kelma u tas-sagramenti. Il-ministeru
ghandu l-gheruq tieghu f’Alla imma jsehh bil-kunsens tal-komunità.
B’hekk il-Knisja hija l-gemgha ta’ dawk li jemmnu li fiha hemm
gruppi differenti b’responsabbiltajiet partikulari. F’dan is-sens,
ghal Luteru wkoll it-tmexxija min-naha tal-prinçpijiet kienet
moghtija minn Alla u s-sehem taghhom kien li, fid-dawl tad-duttrina
dwar il-lajçi, iwettqu r-riforma. Dan kien ifisser li l-mexxejja
kellhom jiggarantixxu s-safa tat-taghlim u l-prattika Nisranija.
Minhabba dan il-fatt fir-Riforma Luterana l-knisja hija wkoll
il-knisja ta’ l-istat u ghad hemm pajjizi fl-Ewropa li ghadhom
ihaddnu dan il-prinçipju.
Illum il-Luterani jghoddu madwar wiehed u sittin miljun,
hamsa u sebghin fil-mija minnhom huma membri ta’ knejjes li flimkien
jiffurmaw il-Federazjoni Dinjija Luterana li twaqqfet f’Lund fl-Isvezja
fl-1947. Fid-dawl tad-Digriet dwar l-Ekumenizmu tal-Konçilju Vatikan
II f’dawn l-ahhar erbghin sena din l-organizzazzjoni hadet sehem
f’diversi laqghat mal-Kunsill Pontifiçju ghall-Ghaqda bejn l-Insara
kif ukoll ma’ uffiçjali tal-Knisja Kattolika, kemm fuq livell
universali kif ukoll fuq dak lokali, l-aktar fil-Germanja u fl-Istati
Uniti. Fost it-temi li kienu ttrattati nsibu l-gustifikazzjoni,
ir-rabta bejn l-Iskrittura u t-Tradizzjoni, l-Ewkaristija u l-Ministeru.
F’Gunju ta’ l-1998, kienet iffirmata d-Dikjarazzjoni Kongunta dwar
il-Gustifikazzjoni bejn il-Federazjoni Dinjija Luterana u l-Knisja
Kattolika. F’din id-dikjarazzjoni z-zewg nahat urew qbil li l-mahfra
u s-salvazzjoni huma moghtija minn Alla filwaqt li l-ghemejjel ta’
tjieba huma l-frott ta’ dan l-istat ta’ grazzja.
Joseph Ellul OP |
|