Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Jien lill-Mulej nistenna, ruhi f’kelmtu tittama.
 
 


                 
                              
IR-RIFORMA KALVINISTA

Il-benniena tar-Riforma Protestanta ma kinitx biss il-Germanja, imma wkoll l-Isvizzera. Hawnhekk insibu zewg protagonisti ewlenin: Ulriku Zwingli (1484-1531) u Gwanni Kalvinu (1509-1564).

     Ulriku Zwingli kien ferm aktar ahrax u radikali fid-duttrina tieghu kif ukoll fl-attakki tieghu kontra l-Knisja Kattolika. Ic-centru tal-hidma tieghu kienet il-belt ta’ Zurich. Filwaqt li Luteru zamm certu rispett lejn it-tradizzjoni – ma ninsewx li hu kien imrawwem fil-hajja monastika – Zwingli kien jistmerr dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ cerimonji jew atti esterni ta’ kult. Ghalhekk huwa zviluppa ordni gdid ghal-liturgija li kien jinkludi l-Iskrittura, il-prietka u t-talb, filwaqt li l-hobz u l-inbid ma baqghux aktar jitqieghdu fuq l-altar imma fuq mejda fil-genb. Il-knejjes ma baqghux jizzejnu bi xbihat, relikwi, u lbies liturgiku. Sahansitra l-kant ta’ l-innijiet kien ipprojbit ghaliex, skond kif kien jifhimha hu, dawn ma kellhom ebda pedament fl-Iskrittura. Kien ghalhekk ukoll li twarrbet ghal kollox kull qima lejn Marija u lejn il-qaddisin. Zwingli kien jirraguna li ladarba l-grazzja ta’ Alla tinghata direttament lill-individwu, ma kienx hemm bzonn ta’ medjazzjoni.

     Il-hsieb radikali tieghu xejn ma ghogob lil Luteru. Fl-1529 huma ltaqghu fil-belt ta’ Marburg fil-Germanja, u ghalkemm kien hemm qbil fuq diversi hwejjeg, huma tlewmu bis-shih dwar l-Ewkaristija. Luteru kien baqa’ jzomm id-duttrina Kattolika li Gesù Kristu hu tabilhaqq prezenti fl-Ewkaristija. Zwingli, izda, kien izomm li l-Ewkaristija hija biss servizz ta’ tifkira li fiha l-migemgha Nisranija turi l-fedeltà taghha lejn Kristu u tfakkar b’radd ta’ hajr il-grajja tas-salib.

     Gwanni Kalvinu, ghalkemm imwieled fi Franza, ghallem u pprietka f’Ginevra. Bhal Zwingli huwa attakka bl-ahrax lill-Knisja Kattolika, u kuntrarju ghal Luteru, kien jemmen li l-firda mill-Knisja Kattolika kienet necessarja. Huwa kien jemmen li l-Knisja Kattolika kienet falliet fil-missjoni taghha li xxandar il-Kelma ta’ Alla fis-safa kollu taghha u li tamministra s-sagramenti bil-mod kif waqqafhom Kristu. Huwa lanqas ma kien jara l-htiega li jkun hemm Papa li jmexxi lill-Knisja ghaliex dan ikun qieghed jiehu l-post ta’ Kristu. Minn hawn huwa cahad ghal kollox il-validità ta’ l-ordni gerarkiku taghha.

     Kalvinu kien jemmen ukoll li l-ghaqda ma’ Kristu ssehh bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu li jbiddel il-hajja tal-bniedem. Huwa dahhal ukoll sistema ta’ dixxiplina iebsa fl-organizzazzjoni tal-knisja li waqqaf, fejn it-twemmin u l-imgiba tal-membri taghha kienu jghaddu mill-gharbiel ta’ dawk li jiehdu hsieb it-tmexxija taghha.

     Illum il-knejjes li ghandhom l-gheruq taghhom fit-taghlim ta’ Kalvinu jissejhu l-Knejjes Riformati. Fl-1970 twaqqfet l-Alleanza Dinjija tal-Knejjes Riformati li tigbor fiha aktar minn 193 knisja u tirraprezenta madwar sebghin miljun membru. Ic-centru taghha jinsab f’Ginevra. Il-bini tal-knejjes taghhom huwa semplici hafna u dan jghodd ukoll ghall-mod kif isiru fiha c-celebrazzjonijiet. Dak li jmexxi c-celebrazzjoni jilbes ilbies iswed u generalment l-Ewkaristija ma jiccelebrawhiex kull gimgha imma aktarx kull xahar.

     Id-djalogu bejn il-knejjes riformati u l-Knisja Kattolika beda ghall-habta ta’ l-1970 u t-temi li kienu diskussi s’issa jinkludu r-rabta bejn l-Iskrittura u t-Tradizzjoni, xbihat tal-Knisja fit-Testment il-Gdid, il-gustifikazzjoni, kif ukoll ir-rabta bejn il-Vangelu u l-Knisja.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn