| |
IR-RIFORMA ANGLIKANA (I)
Ma setax jonqos li l-movimenti tar-Riforma li qamu fil-kontinent
Ewropew jaslu wkoll fuq l-ixtut ta’ l-Ingilterra. Dan il-pajjiz digà
kellu storja twila ta’ konflitti bejn ir-re u n-nobbiltà minn naha u
l-istituzzjonijiet tal-Knisja (l-aktar il-monasteri u l-kunventi)
minn ohra, haga li kienet tmur lura sekli shah. Kienu bosta dawk
is-slaten Ewropej li xtaqu jkollhom f’idejhom it-tmexxija tal-Knisja
f’pajjizhom. Kif rajna fil-hargiet ta’ qabel, ir-Riforma Protestanta
ghenet hafna biex dan seta’ jsehh. Fl-Ingilterra l-akkuza li
l-monasteri kellhom hafna proprjetà u t-taxxi ibsin li kienu jimponu
fuq dawk li jahdmuha kienu jmorru Ruma, kienet okkazjoni biex Ir-re
Enriku VIII (1491-1547) jipprova jmexxi l-Knisja Kattolika
f’pajjizu. L-ghan tieghu kien li l-Knisja Kattolika fl-Ingilterra
ssir wahda nazzjonali fejn il-Papa ftit li xejn seta’ jindahal.
Ghaldaqstant l-gheruq tar-riforma fl-Ingilterra ma kinux religjuzi
imma politici.
Madankollu huwa fatt ukoll li l-Knisja Kattolika fl-Ingilterra
kellha l-problemi taghha. Il-kancillier tar-re Enriku VIII,
il-Kardinal Wolsey, kien maghruf ghall-ghana esagerat tieghu li kien
qed johloq skandlu fost il-poplu. Kien hemm, imbaghad, il-problema
tas-successjoni ghat-tron. Ir-regina Katerina ta’ Aragona ma
kellhiex ulied subjien minn Enriku u dan wassal biex dan ta’ l-ahhar
talab lill-Papa Klement VII biex jaghtih annullament taz-zwieg
tieghu halli jkun jista’ jizzewweg lil Anna Bolena li digà kienet
qieghda tistenna tarbija minghandu. Il-hsieb tieghu ma rnexxiex u
ghalhekk Enriku ddecieda li jbiddel l-istruttura tal-Knisja
fl-Ingilterra u jgibha taht is-setgha tieghu f’kull qasam tal-hajja
taghha. Ghal dan il-ghan huwa hatar lil Tumas Cromwell bhala
segretarju rjali u dan impona fuq il-poplu (inkluz il-kleru u
r-religjuzi) il-halfa tal-fedeltà lejn il-kuruna Ingliza. Bhala
rizultat ta’ dan Tumas More, il-kancillier tar-re li kien lahaq
minflok Wolsey, u Gwanni Fisher, l-Arcisqof ta’ Canterbury, tnezzghu
mill-awtorità taghhom, u kienu pprocessati u fl-ahhar iggustizzjati.
Minflok Fisher ir-re hatar lil Tumas Cranmer (1489-1556) u dan
iddikjara null l-ewwel zwieg ta’ Enriku u dan izzewweg lil Anna
Bolena fl-1533. Permezz ta’ l-Att tas-Supremazija ta’ l-1534 Enriku
ghamel lilu nnifsu l-mexxej suprem tal-Knisja ta’ l-Ingilterra.
Id-drittijiet legali tal-Papa issa saru dawk tar-re u l-Knisja
effettivament tilfet l-indipendenza taghha.
Cranmer, min-naha tieghu, issa beda jfassal duttrina fid-dawl
tal-grajjiet li sehhew. Enriku ma riedx jinfired duttrinalment
mill-Knisja Kattolika, izda Cranmer kien aktar ixaqleb lejn
id-duttrina ta’ Kalvinu u d-dixxipli tieghu. Wara l-mewt tar-re huwa
beda jhaddan bil-miftuh it-taghlim tar-riformaturi, fosthom
il-gustifikazzjoni permezz tal-fidi wahedha (Luteru) u c-cahda
tal-bidla li ssir fil-hobz u l-inbid wara l-konsagrazzjoni (Zwingli
u Kalvinu).
Ir-regina Elizabetta I (bint ir-re Enriku minn Anna Bolena) ippruvat
timxi fuq il-passi ta’ missierha rigward it-tmexxija tal-Knisja;
imma l-ezekuzzjoni ta’ kuginitha Marija ta’ l-Iskozja fuq akkuza li
kienet qieghda tikkonfoffa biex twarrabha mit-tron u l-iskomunika li
rceviet minghand il-Papa Piju V, wasslu biex il-firda mill-Knisja
Kattolika ssir wahda definittiva. Minn dak iz-zmien u ghal aktar
minn zewg sekli wara kull min baqa’ Kattoliku ma kienx meqjus bhala
eretiku imma bhala traditur ghax ma kienx iqis il-mexxej ta’ l-istat
bhala l-mexxej tal-Knisja.
Joseph Ellul OP |
|