| |
IR-RIFORMA ANGLIKANA (Il)
Din it-taqliba radikali bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja
Anglikana wasslet biex saru bidliet ukoll fid-duttrina. Dan hareg
aktar fil-miftuh bil-pubblikazzjoni tal-Ktieb tat-Talb Komuni li
jigbor fih it-taghlim, il-liturgija u l-qima tal-moviment Protestant
fl-Ingilterra. Fost it-teologi li fasslu l-istruttura u t-taghlim
tal-Knisja ta’ l-Ingilterra kien hemm Richard Hooker (1554-1600) li
rrezista lil dawk li riedu bidliet radikali li jgibu maghhom firda
totali mit-tradizzjonijiet ta’ l-imghoddi, imma fl-istess waqt ta
lil din il-knisja l-karatteristici li jaghmluha dik li hi llum:
Kattolika, imma fl-istess waqt, Riformata.
Tul is-seklu dsatax nibet fost l-intellettwali ta’ din
il-knisja moviment imsejjah “il-Moviment ta’ Oxford.” L-importanza
tieghu jinsab fil-fatt li l-membri tieghu hadmu biex jaghrfu aktar
ir-rabta li tezisti fil-Kristjanezmu bejn l-Iskrittura u
t-Tradizzjoni permezz ta’ studju aktar profond ta’ Missirijiet
il-Knisja. Minn fost dawk li l-aktar spikkaw f’dan il-moviment
insibu lil John Henry Newman (1801-1890) li aktar tard ikkonverta
ghall-Kattolicizmu, ordna presbiteru u kien mahtur kardinal
mill-Papa Ljun XIII. Il-kitbiet tieghu juru li kien bniedem sod
fil-fidi tieghu u miftuh ghall-ideat ta’ haddiehor. Hafna drabi
l-hsibijiet tieghu wittew it-triq ghat-taghlim li xandar il-Koncilju
Vatikan II.
Permezz tal-kolonjalizmu l-Knisja ta’ l-Ingilterra nfirxet kull
fejn hakmet il-qawwa politika u militari tal-pajjiz. Dan wassal
ghat-twaqqif ta’ dik li nsejhulha llum il-Knisja Anglikana (terminu
li beda jintuza biss fl-1851) jew ahjar il-Komunjoni Anglikana. Hija
xirka ta’ knejjes li jafu l-bidu taghhom mill-Knisja ta’
l-Ingilterra izda, wara l-indipendenza, hadu l-awtonomija taghhom u
haddnu certi tradizzjonijiet ta’ pajjizhom. F’certi pajjizi beda
jintuza t-terminu “Episkopaljan” minflok “Anglikan”, bhal fil-kaz
ta’ l-Istati Uniti. L-oghla awtorità fil-Komunjoni Anglikana hi
l-Konferenza ta’ Lambeth (l-isem tar-residenza ufficcjali ta’
l-Arcisqof ta’ Canterbury) li taht l-awtorità ta’ l-Arcisqof ta’
Canterbury, tiltaqa’ kull ghaxar snin. L-ghan ewlieni taghha hi li
zzomm l-ghaqda bejn id-diversi knejjes.
Mill-pontifikat tal-Papa Gwanni XXIII id-djalogu bejn
il-Knisja Anglikana u l-Knisja Kattolika ha spinta ’l quddiem.
Twaqqfet kummissjoni bl-isem ta’ ARCIC (Anglican-Roman
Catholic International Commission) li matul is-snin studjat diversi
punti tad-duttrina Nisranija, bhall-awtorità fil-Knisja,
l-Ewkaristija, il-ministeru, u s-salvazzjoni. F’dawn l-ahhar snin,
izda, id-djalogu deher li naqqas mir-ritmu tieghu l-aktar minhabba
l-kwestjoni ta’ l-ordinazzjoni presbiterali u episkopali tan-nisa u
ta’ dawk li jipprattikaw bil-miftuh l-omosesswalità, zewg
kontroversji li qeghdin jheddu l-istess shuhija tal-Komunjoni
Anglikana. Minkejja dan kollu jidher li hemm hafna qbil bejn iz-zewg
nahiet fuq punti duttrinali ohra u wiehed jawgura li dawn
it-tahdidiet ikomplu.
Joseph Ellul OP |
|