|
EVANGELICI U PENTEKOSTALI (l)
It-terminu evangeliku fil-bidu kien applikat ghall-knejjes
protestanti kollha minhabba li lkoll ghandhom l-Iskrittura bhala
l-pedament tat-taghlim taghhom. Kien hemm zmien meta dan l-isem kien
applikat b’mod limitat fil-Germanja u fl-Izvizzera ghal-Luterani
biex jiddistingwuhom mir-Riformati. Illum, izda dan it-terminu
joqghod aktar ghal dak il-moviment Nisrani li jaf il-bidu tieghu
fil-Protestanizmu tas-sekli tmintax u dsatax mahsuba biex inisslu
qawmien spiritwali. Dan il-moviment jishaq l-aktar fuq l-esperjenza
personali tar-religjon aktar milli dwar duttrina. Dan iwassal
ghall-konvinzjoni li dak li rcevejt ghandek tghaddih lil haddiehor.
Dan il-moviment kellu impatt qawwi kemm fuq il-Komunjoni Anglikana
(fejn wera ruhu fis-seklu tmintax permezz tal-Metodizmu) kif ukoll
fuq it-tradizzjonijiet Luterani u Riformati. Fl-Istati Uniti dan
il-moviment kien assocjat ma’ dak li jissejjah “il-Qawmien Gdid” (The
Great Awakening) fi hdan il-Protestantizmu Amerikan. Illum dan
il-moviment huwa mifrux u qieghed ikompli jikber, l-aktar permezz
ta’ konferenzi u laqghat ta’ talb li jsiru f’teatri kbar u jkunu
trazmessi fuq it-televizjoni mad-dinja kollha.
Stazzjon ta’ dan it-tip huwa The God Channel, li whud mill-programmi
tieghu narawhom fuq xi stazzjonijiet privati lokali. Fostna ghandna
wkoll diversi movimenti (uhud minnhom jissejhu “knejjes”) ta’ dan
it-tip.
It-terminu Evangeliku sar ghandu tifsira wiesgha izda
wiehed jista’ jaghraf erba’ elementi komuni f’dan il-moviment: 1)
Dak li nistghu nsejhulu “fundamentalizmu Evangeliku,” li jaghmel
mill-membri tieghu l-lat konservattiv tal-Protestantizmu; 2) L-impenn
lejn konverzjoni personali “Born-Again Christian” (Il-President
Amerikan George W. Bush huwa wiehed li jhaddan sew dan it-twemmin)
li hi meqjusa bhala tishib fil-Knisja filwaqt li l-maghmudija hija
biss espressjoni simbolika taghha. Minhabba f’hekk l-idea ta’ Knisja
bhala xirka li ghandha magisteru jew taghlim li trid thares u
twassal ftit li xejn ghandha tifsira; 3) Id-dedikazzjoni totali lejn
l-Iskrittura. Hi wahedha hi bizzejjed u ghandha tkun interpretata
b’mod litterali; 4) Il-qawwa li jaghtu lix-xandir tal-Vangelu kemm
bil-fomm kif ukoll bil-hidma socjali xi kultant iwassal biex
il-membri ta’ dan il-moviment iqisu lill-Insara l-ohra, l-aktar
il-Kattolici, bhala mitlufa u ghalhekk jehtiegu l-konverzjoni. Dan
jirrizulta fi predikazzjoni aggressiva kontra il-Kattolicizmu.
Bhalissa naraw ukoll dan it-tip ta’ predikazzjoni issir f’pajjizi
Musulmani fejn hemm prezenza Amerikana (l-Afghanistan u l-Iraq) fejn
xi whud inhatfu jew ukoll inqatlu.
Minhabba li hu moviment li jigbor fih diversi fehmiet, id-djalogu
bejn il-Knisja Kattolika u l-Evangelici m’hijiex facli. Izda f’dawn
l-ahhar ghoxrin sena saru diversi laqghat bejn il-Kunsill Pontificju
ghall-Promozzjoni tal-Ghaqda bejn l-Insara u x-Xirka Evangelika
Dinjija (World Evangelical Fellowship). Dan wassal ghal
apprezzament miz-zewg nahiet ta’ xi aspetti partikulari, fosthom
il-htiega ta’ qawmien spiritwali bbazata fuq il-Vangelu kif ukoll
il-htiega li wiehed jaghraf japprezza l-post tal-Knisja universali u
ma jibqax maghluq f’interpretazzjoni personali ta’ l-Iskrittura.
Joseph Ellul OP |