Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Infahhrek, Missier, Sid is-sema u l-art, ghax int gharraft liz-zghar il-misteri tas-saltna.
 
 

 
L-gheruq tal-moviment Ekumeniku fi zminijietna

L-ewwel passi

    Nistghu nghidu li fi zminijietna l-moviment ekumeniku ra l-bidu tieghu fl-1910 f’Edinburgh (l-Iskozja) waqt il-Konferenza Missjunarja Dinjija (World Missionary Conference). Matulha ghadd kbir ta’ knejjes Protestanti u l-ghaqdiet missjunarji taghhom iltaqghu flimkien, u bhala rizultat ta’ dan, hareg moviment li rega’ ta l-hajja lill-hidma missjunarja Protestanta.

    Din il-laqgha marret lil hinn minn dak kollu li kellhom f’mohhom l-organizzaturi ghaliex qajmet il-kwestjoni tal-ghaqda bejn l-Insara. Dawk li hadu sehem f’din il-laqgha ghamlu zewg mistoqsijiet fundamentali: (1) Kif nistghu nippritkaw lil Kristu meta ahna mifrudin bejnietna? (2) Kif nistghu naghtu xhieda tieghu meta ahna ma nharsux lejn xulxin bhala ahwa? Kien ghalhekk li din il-konferenza harget b’ghadd ta’ principji li fuqhom kellhom jimxu dawn il-knejjes u ghaqdiet:
a. talb ghall-ghaqda bejn l-Insara;
b. il-knejjes ghandhom jghinu lil xulxin;
c. issir hidma flimkien biex id-dinja ssir aktar umana u Nisranija;
d. issir hidma flimkien fil-missjoni ghat-tixrid ta’ l-Evangelju;
e. il-knejjes ghandhom jaghtu gharfien lil xulxin u ma jippruvawx jikonvertu l-membri ta’ xulxin;
f. isiru diskussjonijiet ta’ natura teologika bejn il-knejjes;
g. isir djalogu bejn il-knejjes biex dawn jifhmu aktar lil xulxin u jiggeddu.

    Wara dan il-bidu hekk tajjeb u promettenti twaqqaf il-Kunsill Missjunarju Dinji fl-1921 biex dan iwettaq il-proposti li saru. Sadattant, fl-1920 il-Patrijarkat ta’ Kostantinopli, fejn tinsab it-tmexxija tal-Knisja Ortodossa Griega, baghat ittra enciklika lill-knejjes kollha bil-hsieb li titwaqqaf Lega tal-Knejjes fuq il-mudell tal-Lega tan-Nazzjonijiet li kienet twaqqfet fi tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Patrijarkat fittex il-fehma ta’ knejjes ahwa fil-lvant u tal-Knejjes Insara fil-punent u fid-dinja kollha. Imbaghad fl-1925 twaqqaf il-Moviment Hajja u Hidma (Life and Work Movement) fi Stokkolma (l-Isvezja) u sentejn wara, f’Lausanne (l-Isvizzera) twaqqaf il-Moviment Fidi u Ordni (Faith and Order). Wara t-Tieni Gwerra Dinjija dawn iz-zewg movimenti nghaqdu biex twaqqaf il-Kunsill Dinji tal-Knejjes li ccelebra l-ewwel assemblea tieghu f’Amsterdam fl-1948 taht il-presidenza ta’ Willem Visser’t Hooft. Aktar tard il-Kunsill Missjunarju Dinji dahal jaghmel parti mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes fl-1961 u ghaxar snin wara l-Kunsill Dinji ghall-Edukazzjoni Nisranija hadet l-istess pass.

P. Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn