|
EVANGELICI U PENTEKOSTALI (ll)
Il-Pentekostali min-naha l-ohra jafu l-bidu taghhom
fil-movimenti tas-seklu dsatax li kienu jithaddtu dwar
“il-maghmudija fl-Ispirtu”. Dan il-moviment ha zewg toroq.
L-ewwel triq tissejjah il-Pentekostalizmu klassiku.
Il-gruppi li jaqghu taht din il-kategorija jishqu fuq il-maghmudija
fl-Ispirtu bhala parti integrali mir-riti biex wiehed jissieheb
maghhom. Ohrajn jichdu t-Trinità u jghammdu biss fl-isem ta’ Gesù.
Ohrajn ghandhom l-ufficcji ta’ appostli u profeti. It-tieni triq
tissejjah Neo-Pentekostali jew Moviment Karizmatiku.
Dan hu moviment li nsibuh fi hdan il-knejjes u komunitajiet
ekklezjali ewlenin, inkluza l-Knisja Kattolika. Ma jinbtux
independentement minnhom. Dawn il-gruppi jishqu fuq id-doni ta’
l-Ispirtu. Huwa moviment li nibet ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija u
beda jinhass fil-Knisja Kattolika sa mill-1967. Jinghad li mad-dinja
kollha hemm madwar sittin miljun Kattoliku li huma membri ta’ dan
il-moviment.
Dawk li jissejhu “knejjes pentekostali” jemmnu li l-Bibbja hija
l-unika awtorità, il-kult taghhom hu informali hafna, ghandhom hidma
missjunarja qawwija. Uhud jiccelebraw ghamla ta’ ewkaristija.
Minkejja li saru diversi konferenzi internazzjonali, il-Pentekostali
jichdu l-idea ta’ organizzazzjoni dinjija li tigborhom kollha
flimkien. Huma jqisu progett bhal dan bhala tentattiv biex tixxekkel
il-hidma ta’ l-Ispirtu. Barra minn hekk xi minn daqqiet jezistu
differenzi kbar bejn il-knejjes pentekostali. Ghaldaqstant ftit huma
dawk il-knejjes fosthom li huma membri tal-Kunsill Dinji
tal-Knejjes; sahansitra bosta minnhom huma opposti ghal kollox ghal
kull ghamla ta’ ekumenizmu.
Minkejja dan, izda, hemm djalogu ufficcjali ghaddej bejn
il-knejjes ewlenin Pentekostali u l-Knisja Kattolika. Dan beda
ghall-habta ta’ l-1972. Fost it-temi li kienu diskussi s’issa nsibu
l-Iskrittura u t-Tradizzjoni, it-tifsir tal-Bibbja, Marija
fit-twemmin Kattoliku u l-evangelizzazzjoni. Fl-1998 hareg dokument
importanti imsejjah L-evangelizzazzjoni, il-prozelitzmu u
x-xhieda flimkien. Wiehed jawgura ghalhekk li dan id-djalogu,
flimkien ma’ ohrajn li qeghdin isiru ma’ knejjes u komunitajiet
ekklezjali ohra, jissokta u juri li l-ghaqda bejn l-Insara ghandha
bhala ghan uniku “x-xhieda ta’ Gesù” (Apk. 1: 9).
Joseph Ellul OP |