Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Jien hu t-Triq, is-Sewwa u l-hajja, jghid il-Mulej; hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux bija.
 
 

 
Il-Bidu tal-Moviment Ekumeniku fi hdan il-Knisja Kattolika

Filwaqt li kienu qeghdin isehhu dawn il-grajjiet kollha t-tmexxija tal-Knisja Kattolika kienet qieghda tosserva dawn il-hidmiet, u filwaqt li ma kinitx ghadha lesta biex tidhol fi djalogu dirett ma’ dawn il-movimenti, hija bdiet thalli li jsehhu certi inizjattivi privati. Dan wassal biex il-Kardinal Mercier u Dom Lambert Beauduin OSB., flimkien ma’ Lord Halifax, Fr. Fernand Portal taw bidu ghal sensiela ta’ konferenzi bejn rapprezentanti tal-Knisja Kattolika u dik Anglikana li kienu maghrufa bhala t-Tahdidiet ta’ Malines u li damu sejrin bejn l-1921 u l-1926. Imma kien hemm ukoll suspetti dwar l-intenzjoni ta’ laqghat bhal dawn, bhalma wiehed jista’ jara mill-enciklika Mortalium Animos tal-Papa Piju XI (1928). Minkejja dan kollu kienu bosta dawk it-teologi kattolici li ssuktaw jithaddtu u jiktbu dwar il-htiega tal-ghaqda bejn l-Insara, fosthom Romano Guardini (1885-1968), Yves Congar OP (1904-1995), li kien mahtur kardinal fl-1994 mill-Papa Gwanni Pawlu II, Karl Rahner SJ (1904-1984) u l-Kardinal Leon-Joseph Suenens (1904-1996).

          Bi thejjija ghall-Koncilju Vatikan II il-Papa Gwanni XXIII waqqaf is-Segretarjat ghall-Promozzjoni tal-Ghaqda bejn l-Insara (maghruf il-lum bhala l-Kunsill Pontificju ghall-Ghaqda bejn l-Insara) taht it-tmexxija tal-Kardinal Augustin Bea (1881-1968). L-istess Papa ha l-inizjattiva biex stieden ghadd kbir ta’ osservaturi Nsara mhux kattolici biex jattendu s-sessjonijiet tal-Koncilju. F’Jannar ta’ l-1964 il-Papa Pawlu VI, waqt li kien f’pellegrinagg fl-Art Imqaddsa, iltaqa’ mal-Patrijarka Ortodoss Athenagoras I fuq l-Gholja taz-Zebbug (Gerusalemm). Dan wassal biex fis-7 ta’ Dicembru 1965 huma nehhew l-iskomunika li l-mexxejja ta’ qabilhom taw lil xulxin fl-1054 u li gabet maghha l-firda bejn il-Knisja Ortodossa u dik Kattolika. Fil-pontifikat tal-Papa Gwanni Pawu II twaqqfet il-Kummissjoni Teologika bejn il-Kattolici u l-Ortodossi. Mal-Knisja Anglikana mbaghad ta’ min isemmi l-laqgha storika li saret fil-Vatikan bejn il-Papa Pawlu VI u l-Arcisqof ta’ Canterbury Michael Ramsey f’Marzu ta’ l-1966 li aktar tard wasslet ghat-twaqqif tal-Kummissjoni Teologika bejn l-Anglikani u l-Kattolici (ARCIC).

P. Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn