| |
L-Insara tal-Lvant u ta' l-orjent: I
Hafna drabi nithaddtu
fuq l-Insara tal-Punent u ninsew li hemm komunitajiet ta’ Nsara
fil-Lvant li ghandhom teologija, liturgija, u spiritwalità mill-isbah
u li tmur lura saz-zminijiet bikrin tal-Kristjanezmu.
Qabel
xejn, izda, ahjar nibdew infissru xi termini importanti.
Meta
nitkellmu dwar il-Knejjes tal-Lvant inkunu qeghdin nithaddtu
dwar dawk il-komunitajiet Insara li jinsabu fil-pajjizi tal-Lvant
tal-Mediterran. Dawn kienu influwenzati mill-kultura Griega li
mbaghad din haddanha u zviluppaha l-Imperu Ruman tal-Lvant (maghruf
ahjar bhala l-Imperu Bizantin), l-aktar wara t-twaqqif ta’
Kostantinopli minn Kostantinu l-Kbir bhala t-tieni kapitali ta’
l-Imperu. Il-Knejjes tal-Lvant, ghalhekk, jinqdew bl-ilsien Grieg
fil-liturgija kollha jew f’parti minnha (bhalma jsir fil-Grecja,
fit-Turkija, fil-gzejjer kollha li jinsabu fil-Lvant tal-Mediterran,
madwar il-bahar Egew u dak Jonju, u f’xi nhawi tal-Lvant Nofsani).
Ir-rit li bih jiccelebraw il-liturgija jissejjah “Rit Bizantin”.
Huma wkoll knejjes li jhaddnu d-duttrina Nisranija kif mghallma u
mfissra fl-ewwel seba’ koncilji ekumenici, li huma dawk ta’ Nicea I
(325); Kostantinopli I (381); Efesu (431); Kalcidonja (451);
Kostantinopli II (553); Kostantinopli III (681); Nicea II (787).
L-ewwel sitt koncilji fissru d-duttrina dwar it-Trinità, in-natura u
r-rieda umana u dik divina ta’ Kristu, u l-maternità divina
tal-Madonna. Is-seba’ wiehed thaddet dwar ix-xbihat (jew kif
isejhulhom fil-Lvant, l-ikoni) ta’ Kristu, tal-Madonna, ta’
l-angli u tal-qaddisin u l-qima li ghandha tinghatalhom.
Mhux
il-komunitajiet Insara kollha qablu f’kollox mat-taghlim ta’ dawn
il-koncilji. Ghalhekk inqalghu xi firdiet li minhabba fihom
zviluppaw knejjes ghal rashom li fissru t-taghlim u l-liturgija
taghhom b’mod differenti minn dawk ta’ l-Insara tal-Lvant u
sahansitra b’ilsien differenti. Hafna drabi dan kien ikun l-ilsien
tal-pajjiz jew tar-regjun fejn kienu jghixu dawn l-Insara. Ghalhekk
bdew jissejhu “knejjes orjentali”, jew xi kultant
“pre-kalcedonjani”, jew “mhux kalcedonjani” (ghax ma jaccettawx
it-taghlim tal-koncilji minn Kalcedonja ’l hemm). Dawn il-knejjes
insibuhom fl-inhawi tal-Lvant Qarib (l-Iraq u l-Iran), fl-Egittu,
fis-Sirja, fl-Armenja, fil-Kawkasu, kif ukoll fl-Indja.
Eccezzjoni ghal dan kollu li ghadni kif ghidt huma dawk il-knejjes
li jinsabu fil-pajjizi slavi, jigifieri dawk li jinsabu fl-inhawi
tal-Balkani, u r-Russja. Dawn ihaddnu d-duttrina ta’ l-ewwel seba’
koncilji imma jfissru t-teologija u l-liturgija taghhom bl-alfabett
hekk imsejjah ~irilliku, minn San ~irillu li, flimkien ma’
huh San Metodju evangelizza l-inhawi tal-Balkani fis-seklu 9 u li
fassal il-liturgija permezz ta’ alfabett li vvinta hu stess. Ir-rit
liturgiku li juzaw dawn il-knejjes jissejjah slavoniku, ghax
zviluppa fil-pajjizi slavi fejn hadem San ~irillu. Ta’ min ifakkar
li l-Papa Gwanni Pawlu II kien hareg tliet dokumenti li jittrattaw
dwar il-hajja u l-hidma ta’ dawn il-knejjes. Id-dokumenti kienu
l-Ezortazzjoni Appostolika Egregiae Virtutis, li harget
fl-1980 u l-Enciklika Slavorum Apostoli, li harget fl-1985
biex ifakkru l-hajja u l-hidma ta’ San ~irillu u San Metodju; u
l-Ezortazzjoni Apostolika Euntes in mundum, li harget fl-1988
biex tfakkar l-elf sena mill-konverzjoni tar-Russja
ghall-Kristjanezimu. Jinghad li fis-sena 988 il-Princep Vladimir
kien baghat xi nies minn tieghu biex jitkixxfu dwar ir-riti
differenti li bihom kienu jiccelebraw il-liturgija Nisranija
f’diversi pajjizi. Jinghad ukoll li meta dawn marru lura, in-nies li
kien baghat Kostantinopli u li attendew il-liturgija Bizantina li
kienu jiccelebraw fil-kattidral tal-Gherf Qaddis (Hagia Sophia jew,
kif nafuha ahjar, Santa Sofija u li llum hija post turistiku) qalulu
li ma kinux jafu jekk kinux il-Genna jew hawn fid-dinja. Minhabba
f’hekk il-princep iddecieda li jadotta r-rit Bizantin ghal-liturgija
Nisranija li kellha tkun iccelebrata fl-artijiet li fuqhom kien
jahkem.
Bejn
is-seklu 7 u s-seklu 8 l-Knejjes li jinsabu fil-Lvant Nofsani u
fil-Lvant Qarib inhakmu mill-Musulmani li stabilixxew ruhhom hemm, u
matul is-sekli ta’ wara, saru l-maggoranza. Il-lum dawn il-Knejjes
ghandhom komunitajiet zghar fil-ghadd izda xorta jibqghu jaghtu
xhieda kbira u sabiha ta’ hajja Nisranija, li bosta drabi ghaddiet
minn persekuzzjoni u diskriminazzjoni. Ir-regjuni tal-Balkani u
tal-Kawkasu kienu wkoll mahkuma ghal bosta sekli mill-Musulmani
permezz ta’ l-Imperu Ottoman. Imma bejn is-seklu 18 u 19 dawn
inhakmu mill-Imperu Russu, jew inkella rvellaw u kisbu
l-indipendenza taghhom. B’hekk il-knejjes f’dawn l-inhawi regghu
kisbu l-helsien biex ixandru fil-berah il-fidi taghhom. Dawk
ir-regjuni, imbaghad, li jinsabu fil-Lvant tal-Mediterran jew
irvellaw u kisbu l-indipendenza mill-Imperu Ottoman, jew inkella
baqghu mahkuma minnu, bhal fil-kaz tat-Turkija, u llum l-Insara
f’dawn l-inhawi jghoddu biss ftit eluf.
Joseph Ellul OP |
|