|
L-Insara tal-Lvant u ta' l-orjent: II
Nistghu nghidu li l-hajja monastika twieldet fil-Lvant u hi wahda
mill-akbar tezori li ghandha l-Knisja. Dan it-tip ta’ hajja
Nisranija ghandu l-bidu tieghu sahansitra fit-Testment il-Qadim meta
l-Profeti kienu jigbru madwarhom xi dixxipli. Narawha wkoll
fiz-zmien bejn iz‑zewg Testmenti permezz tal-komunità ta’ l-Esseni
li kienu jghixu f’Qumrân. Imma fit-tradizzjoni Nisranija narawha
tinbet l-ewwel fid-dezert ta’ l-Egittu lejn tmiem is-seklu 3 permezz
ta’ Pawlu ta’ Tebe u l-aktar ta’ Sant’Anton Abbati (m. 256) u San
Pakomju (m. 347).
Il-kelma monaku hi mnissla mill-Grieg monakos, li
tfisser “wiehed li jghix ghalih wahdu.” In-nies tas-seklu 3 kienu
jsejhulhom anakoreti, mill-Grieg anakorein, li tfisser
“inqata’ minn.” Fil-bidu l-monaci kienu jghixu tabilhaqq ghal rashom
fid-dezert ’il boghod mill-ibliet u maqtughin minn xulxin. Hafna
minnhom kienu nies studjuzi u li kellhom karriera, izda ghazlu li
jimxu fit-triq tal-verità f’ghaqda ma’ Alla. Aktar tard bdew
jinghaqdu flimkien u jiffurmaw “cenobju” (dan aktar tard beda
jissejjah monasteru), kelma mnissla wkoll mill-Grieg
koinonein, li tfisser “ghex f’ghaqda” jew “ghex flimkien ma’.”
Il-hajja monastika fil-Lvant zviluppat skond iz-zminijiet u
l-imkejjen fejn kienet tnissel l-gheruq.
Fl-Egittu l-hidmiet tal-monaci kienu jikkonsistu fil-qadi
fl-imwejjed, fix-xoghol manwali, u fl-organizzazzjoni tal-liturgija.
Fuq kulhadd kien hemm il-mexxej li kien jissejjah Missier.
Fuq il-monasteri kollha, imbaghad, kien ikun hemm dak li llum
insejhulu superjur generali. Ghad li dawn il-komunitajiet ghaddew
minn firda kbira wara l-Koncilju ta’ Kalcedonja, il-hajja monastika
fl-Egittu ghadha s-sinsla tal-hajja Nisranija f’dan il-pajjiz, tant
li l-Patrijarka, jew “Papa” kif isejhulu huma, huwa dejjem membru
ta’ komunità monastika.
Fis-Sirja u fil-Palestina l-hajja monastika kellha l-gheruq taghha
fit-tradizzjonijiet Lhud imma kienet ukoll influwenzata mill-kultura
Iranjana. Hafna drabi kienu jghixu ghal rashom f’xi bosk jew inkella
kienu jwaqqfu kolonni (bil-Grieg stylos) li fuqhom iqieghdu
pjattaforma biex fuqha jibnu gharix ckejken halli jghixu fih.
Ghalhekk kienu jissejhu stiliti. Il-hajja taghhom iddedikata
kollha kemm hi ghal Alla kienet tigbed bosta nies ta’ kull tip u ta’
kull klassi. Hawnhekk ukoll il-hajja monakali zviluppat aktar tard
f’hajja komunitarja l-aktar meta l-Palestina saret post ta’
pellegrinagg u bdew jinbnew knejjes biex ifakkru diversi waqtiet
mill-hajja u l-hidma ta’ Kristu. Minhabba f’hekk il-monaci bdew
jibnu ospizji fejn kienu jiehdu hsieb il-pellegrini. Mhux haga kbira
li l-ordnijiet medjevali tal-kavalieri kienu ispirati minnhom.
Fl-Asja Minuri, l-aktar fl-inhawi madwar Kostantinopli bdiet
tizviluppa hajja monastika aktar organizzata, l-aktar taht
it-tmexxija ta’ San Bazilju l-Kbir (m. 379) u ta’ ohtu Santa
Makrina, kif ukoll ta’ San Girgor Nazjanzenu (m. 390). Hawnhekk
naraw jinbtu wkoll komunitajiet ta’ monaci nisa. San Bazilju fassal
regola bil-hsieb li l-hajja monastika tkun imsejsa fuq l-istudju u
t-talb. Din ir-regola saret maghrufa wkoll fil-Punent tant li San
Benedittu jithaddet dwarha u jfahharha fir-Regola li fassal
hu ghad-dixxipli tieghu. Biex ma jinqatghux ghal rashom huwa ried
li, taht it-tmexxija tas-superjur, il-monaci jidhlu wkoll ghal
hidmiet bhall-hsieb tal-morda u l-foqra, kif ukoll it-twaqqif ta’
orfanatrofji u skejjel.
Dwar il-Lvant Qarib ma nafux ezattament meta nibtet il-hajja
monastika. Fl-Armenja jidher li digà kienet tezisti din il-forma ta’
hajja ghall-habta ta’ nofs is-seklu 4. Fil-Georga nsibu dokumenti li
jmorru lura lejn is-seklu 5. Hawnhekk jidher li l-istil tal-hajja
monastika nfirex ukoll lejn il-Palestina u s-Sirja.
Fil-Mesopotamja, imbaghad, insibu forom ta’ monakezmu digà fil-bidu
tas-seklu 3 permezz ta’ moviment imsejjah Ulied il-Patt (Bnaj
Qjama); il-Patt kien jirreferi ghall-Patt il-Gdid. Fil-bidu
l-membri tieghu kienu jemmnu li c-celibat huwa obbligu ghal kull
mghammed. Fis-seklu 4, izda, din ir-regola nbidlet u l-imghammdin
thallew jaghzlu liema forma ta’ hajja jhaddnu. Dan kien ukoll zmien
ta’ kittieba spiritwali kbar bhal Sant’Aafrat (m. 345) u Sant’Efrem
(m. 373) li kienu jghixu maqtugha mis-socjetà fuq l-ezempju ta’ San
Gwann Battista. Il-hajja monastika f’dan ir-regjun kienet maghrufa
ghat-talb u ghall-istudju, ghall-hidma ma’ l-iltiema u r-romol, kif
ukoll ghall-hidma missjunarja. Huma nfirxu sahansitra sa l-Indja u
c-Cina u waqqfu komunitajiet Insara f’dawn l-inhawi.
Joseph Ellul OP |