Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Ilqghu bil-hlewwa l-kelma mhawla fikom, li tista’ ssalvalkom irwiehkom. Hallelujah!
 
 

 
Il-HAJJA MONASTIKA: DAWL MIL-LVANT

I

   Nistghu nghidu li l-hajja monastika twieldet fil-Lvant u hi wahda mill-akbar tezori li ghandha l-Knisja. Dan it-tip ta’ hajja Nisranija ghandu l-bidu tieghu sahansitra fit-Testment il-Qadim meta l-Profeti kienu jigbru madwarhom xi dixxipli. Narawha wkoll fil-perjodu bejn iz‑zewg Testmenti permezz tal-komunità ta’ l-Esseni li kienu jghixu f’Qumrân. Imma fit-tradizzjoni Nisranija narawha tinbet l-ewwel fid-dezert ta’ l-Egittu lejn tmiem is-seklu 3 permezz ta’ Pawlu ta’ Tebe u l-aktar ta’ Sant’Anton Abbati (m. 256) u San Pakomju (m. 347).

    Il-kelma monaku hi mnissla mill-Grieg monakos, li tfisser “wiehed li jghix ghalih wahdu.” In-nies tas-seklu 3 kienu jsejhulhom anakoreti, mill-Grieg anakorein, li tfisser “inqata’ minn.” Fil-bidu l-monaci kienu jghixu tabilhaqq ghal rashom fid-dezert ’il boghod mill-ibliet u maqtughin minn xulxin. Hafna minnhom kienu nies studjuzi u li kellhom karriera, izda ghazlu li jimxu fit-triq tal-verità f’ghaqda ma’ Alla. Aktar tard bdew jinghaqdu flimkien u jiffurmaw “cenobju” (dan aktar tard beda jissejjah monasteru), kelma mnissla wkoll mill-Grieg koinonein, li tfisser “ghex f’ghaqda” jew “ghex flimkien ma’.” Il-hajja monastika fil-Lvant zviluppat skond iz-zminijiet u l-imkejjen fejn kienet tnissel l-gheruq.

    Fl-Egittu l-hidmiet tal-monaci kienu jikkonsistu fil-qadi fl-imwejjed, fix-xoghol manwali, u fl-organizzazzjoni tal-liturgija. Fuq kulhadd kien hemm il-mexxej li kien jissejjah Missier. Fuq il-monasteri kollha, imbaghad, kien ikun hemm dak li llum insejhulu Superjur Generali. Ghad li dawn il-komunitajiet ghaddew minn firda kbira wara l-Koncilju ta’ Kalcedonja, il-hajja monastika fl-Egittu ghadha s-sinsla tal-hajja Nisranija f’dan il-pajjiz, tant li l-Patrijarka, jew Papa kif isejhulu huma, huwa dejjem membru ta’ komunità monastika.

    Fis-Sirja u fil-Palestina l-hajja monastika kellha l-gheruq taghha fit-tradizzjonijiet Lhud imma kienet ukoll influwenzata mill-kultura Iranjana. Hafna drabi kienu jghixu ghal rashom f’xi bosk jew inkella kienu jwaqqfu kolonni (bil-Grieg stylos) li fuqhom iqieghdu pjattaforma biex fuqha jibnu gharix ckejken halli jghixu fih. Ghalhekk kienu jissejhu stiliti. Il-hajja taghhom iddedikata kollha kemm hi ghal Alla kienet tigbed bosta nies ta’ kull tip u ta’ kull klassi. Hawnhekk ukoll il-hajja monakali zviluppat aktar tard f’hajja komunitarja l-aktar meta l-Palestina saret post ta’ pellegrinagg u bdew jinbnew knejjes biex ifakkru diversi waqtiet mill-hajja u l-hidma ta’ Kristu. Minhabba f’hekk il-monaci bdew jibnu ospizji fejn kienu jiehdu hsieb il-pellegrini. Mhux haga kbira li l-ordnijiet medjevali tal-kavalieri kienu ispirati minnhom.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn