Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Int, tfajjel, tissejjah profeta tal-Gholi, ghax tmur qabel il-Mulej biex thejjilu triqatu. Hallelujah.
 
 


IL-HAJJA MONASTIKA: DAWL MIL-LVANT

II 

    Fl-Asja Minuri, l-aktar fl-inhawi madwar Kostantinopli bdiet tizviluppa hajja monastika aktar organizzata, l-aktar taht it-tmexxija ta’ San Bazilju l-Kbir (m. 379) u ta’ ohtu Santa Makrina, kif ukoll ta’ San Girgor Nazjanzenu (m. 390). Hawnhekk naraw jinbtu wkoll komunitajiet ta’ monaci nisa. San Bazilju fassal regola bil-hsieb li l-hajja monastika tkun imsejsa fuq l-istudju u t-talb. Din ir-regola saret maghrufa wkoll fil-Punent tant li San Benedittu jithaddet dwarha u jfahharha fir-Regola li fassal hu ghad-dixxipli tieghu. Biex ma jinqatghux ghal rashom huwa ried li, taht it-tmexxija tas-superjur, il-monaci jidhlu wkoll ghal hidmiet bhall-hsieb tal-morda u l-foqra, kif ukoll it-twaqqif ta’ orfanatrofji u skejjel.

    Dwar il-Lvant Qarib ma nafux ezattament meta nibtet il-hajja monastika. Fl-Armenja jidher li digŕ kienet tezisti din il-forma ta’ hajja ghall-habta ta’ nofs is-seklu 4. Fil-Georga nsibu dokumenti li jmorru lura lejn is-seklu 5. Hawnhekk jidher li l-istil tal-hajja monastika nfirex ukoll lejn il-Palestina u s-Sirja.

    Fil-Mesopotamja, imbaghad, insibu forom ta’ monakezmu digŕ fil-bidu tas-seklu 3 permezz ta’ moviment imsejjah Ulied il-Patt (Bnaj Qjama); il-Patt kien jirreferi ghall-Patt il-Gdid. Fil-bidu l-membri tieghu kienu jemmnu li c-celibat huwa obbligu ghal kull mghammed. Fis-seklu 4, izda, din ir-regola nbidlet u l-imghammdin thallew jaghzlu liema forma ta’ hajja jhaddnu. Dan kien ukoll zmien ta’ kittieba spiritwali kbar bhal Sant’Afraat (m. 345) u Sant’Efrem (m. 373) li kienu jghixu maqtugha mis-socjetŕ fuq l-ezempju ta’ San Gwann Battista. Il-hajja monastika f’dan ir-regjun kienet maghrufa ghat-talb u ghall-istudju, ghall-hidma ma’ l-iltiema u r-romol, kif ukoll ghall-hidma missjunarja. Huma nfirxu sahansitra sa l-Indja u c-Cina u waqqfu komunitajiet Insara f’dawn l-inhawi.

 

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn