Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Fi tjubitek zommni haj, Mulej, u nhares l-ordnijiet ta' fommok.
 
 


IL-KNISJA KATTOLIKA RUMANA U L-KNISJA ORTODOSSA I    

Il-Knisja Kattolika Rumana u l-Knejjes Ortodossi ghandhom zewg tradizzjonijiet differenti ghax ghandhom l-gheruq taghhom f’zewg kulturi differenti, wahda Rumana u l-ohra Griega-orjentali. Il-Griegi sa minn dejjem kellhom idea gholja tad-dinjità tal-bniedem u tad-dehen u l-hila ta’ mohhu. Il-kultura Rumana, min-naha l-ohra, kienet aktar tishaq fuq il-hidma u ghalhekk zviluppat hafna l-kuncett tal-ligi. Minkejja li d-dinja Griega ghaddiet taht is-setgha ta’ l-Imperu Ruman, dawn id-differenzi fundamentali baqghu, ghad li l-kultura Griega f’dak il-waqt kienet qabdet it-triq tan-nizla u minkejja li aktar tard l-Imperu Ruman kollu adotta l-Kristjanezmu bhala r-religjon ufficcjali tieghu.

    Ukoll is-sehem li kellhom l-imperaturi fil-Lvant u fil-Punent ma kienx l-istess, l-aktar meta l-imperu nqasam fi tnejn u ghalhekk kellu zewg mexxejja. Fil-Punent dejjem kien hemm taqtigha bejn is-setgha politika u s-setgha tal-Knisja. Il-mexxejja tal-Knisja Kattolika fil-Punent qatt ma accettaw li l-imperatur jindahlilhom fil-hajja pastorali u fid-duttrina li jghallmu. Kien minhabba f’hekk li s-setgha tal-Papa zviluppat daqshekk matul is-sekli ta’ wara. Fil-Lvant, min-naha l-ohra, l-imperatur kien meqjus bhala dak li jgib l-ordni fil-hajja tal-Knisja u jhares fiha l-ghaqda u d-dixxiplina fit-taghlim li tghaddi. Kienu l-imperaturi li sejhu u mexxew l-ewwel seba’ koncilji tal-Knisja, li kollha saru fil-Lvant.

          Il-waqgha ta’ l-Imperu Ruman, l-ewwel fil-Punent (476) u mbaghad fil-Lvant (1453) kellu effetti differenti, biex ma nghidx kuntrarji, ghal xulxin. Meta l-Barbari dahlu fl-Ewropa tal-Punent dawn ma kellhomx kultura taghhom x’joffru. Ghalhekk adottaw is-sistema tal-Ligi Rumana u aktar tard haddnu l-Kristjanezmu bis-sahha tal-hidma missjunarja bla waqfien tal-monaci Benedittini. B’hekk fis-seklu 9 twaqqaf dak li nafuh bhala l-Imperu Ruman Imqaddes, haga li ma gietx accettata mill-imperaturi fil-Lvant ghax kienu jqisu ruhhom bhala l-werrieta legittimi ta’ l-imperu Ruman li kien waqa’. Mhux hekk gara fil-Lvant. Barra mill-fatt li l-process tal-waqgha tieghu ha ghaxar sekli aktar, il-kawza ta’ dan ma kinux il-Barbari izda l-Musulmani. Dawn kellhom religjon taghhom u ligi li fuqha kienu jfasslu kemm it-twemmin kif ukoll l-ghemejjel taghhom. Dan kien ifisser li l-kultura Kristjana fil-Lvant kienet assorbita minn dik Musulmana u ghaldaqstant l-Insara tal-Lvant kellhom jahdmu bla waqfien biex jippreservaw kemm il-kultura kif ukoll il-fidi taghhom. Ghalhekk ma setax jonqos li dawn l-effetti differenti ma jkollhomx ukoll konsegwenzi fuq ir-rabtiet bejn l-Insara fil-Punent u dawk fil-Lvant u li fl-ahhar mill-ahhar wasslu biex fis-sena 1054 il-Knisja garrbet l-ewwel firda kbira taghha li biha l-Knisja fil-Punent bdiet tissejjah Kattolika Rumana u dik fil-Lvant bdiet tissejjah Ortodossa.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn