Jum il-Mulej

Katekezi

Kalendarju

 
Il-moghdijiet tieghek, Mulej, gharrafni, mexxini fis-sewwa tieghek.
 
 
 

                                It-talba fuq l-offerti

     It-talba fuq l-offerti (super oblata), titlob lil Alla biex jilqa’ u jqaddes l-offerti tal-hobz u l-inbid u jibdilhom fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu biex ahna li nircevuhom, nitqaddsu u niksbu l-hajja ta’ dejjem. Fi zmien ir-Randan, is-sacerdot jitob li l-offerta taghna taqlghalna l-hniena t’Alla, filwaqt li matul iz-zmien tal-Ghid jitlob li din l-offerta tkun ghalina ghajn ta’ ferh bla tmiem. Drabi ohra t-talba fuq l-offerti titlob li ahna nsiru offerta li toghgob lil Alla.

     Din it-talba, li tissemma fis-Sagramentarju Gelasjan tas-Seklu VIII u fis-Sagramentarju Gregorjan, isservi bhala gheluq tat-thejjija ta’ l-offerti u twassal ghat-Talba Ewkaristika. Il-gemgha tismaghha bil-wieqfa u ghaliha twiegeb Amen. 

It-Talba Ewkaristika

     It-Talba Ewkaristika li l-Katekizmu tal-Knijsa Kattolika jsejhilha l-qalba u l-quccata tac-celebrazzjoni kollha, taghti glorja lil Alla l-Missier ghall-ghemil tal-Fidwa jew ghal xi aspett partikulari tieghu skond il-jum jew iz-zmien liturgiku li jkun. Fil-Messal Ruman imgedded wara l-Koncilju Vatikan II nsibu diversi Talbiet Ewkaristici. F’kull wahda nsibu dawn l-elementi:

·      Ir-radd ta’ hajr imfisser l-aktar fil-Prefazju jew id-Dahla ghat-Talba Ewkaristika.

·      L-akklamazzjoni Qaddis, Qaddis, Qaddis.

·      L-Epiklesi, jigifieri t-talba lill-Ispirtu s-Santu biex iqaddes l-offerti.

·      Ir-Rakkont tat-twaqqif ta’ l-Ewkaristija.

·      L-Anamnesi, jigifieri t-tifkira tal-Passjoni u l-Qawmien ta’ Kristu.

·      L-Offerta vera u propja ta’ Kristu, li nghaqqdu maghha l-offerta taghna nfusna.

·      It-talbiet ta’ intercessjoni ghall-hajjin u l-mejtin.

·      Id-Dossologija Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu.

P. Anton Farrugia OFM
 

 
 

Kalendarju Katekezi - Jum il-Mulej

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal
l-opinjoni tieghek

Iktbilna hawn