Jum il-Mulej

Katekezi

Kalendarju

 

Tkellem, Mulej, ghax il-qaddej tieghek qieghed jisma’: inti ghandek il-kliem tal-hajja ta’ dejjem

 
 

Ic-celebrazzjoni ta'
l-Ewkaristija mfissra

“Kull darba li tieklu dan il-hobz u tixorbu dan il-kalci, intom thabbru l-mewt tal-Mulej sa ma jigi” (1Kor 11:26).

     Dawn il-kelmiet ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl jghidulna l-gholi u l-fond tac-celebrazzjoni Ewkaristika li taghmel prezenti l-misteru tal-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej.

     Ahna rcevejna mit-tradizzjoni ta’ l-Appostli c-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Il-fedeltà taghna lkoll lejn il-gesti u s-sinjali li jinsgu c-celebrazzjoni ta’ dan il-misteru kbir, mhux biss tbieghed it-tentazzjoni tal-protagonizmu ta’ l-individwi, kemm sacerdoti kif ukoll lajci, imma tqieghed il-gemgha kollha fit-tradizzjoni liturgika tal-Knisja.

     Fi hdan din it-tradizzjoni qaddisa, ahna nistghu nifhmu l-mohh u l-qalb ta’ Gesù filwaqt li nirrepetu dak li darba ghamel hu. Awl il-lejl qabel ma bata, Gesù anticipa l-misteru tal-Mewt u l-Qawmien tieghu u ta lid-dixxipli tieghu l-kmand: “Aghmlu dan b’tifkira tieghi.”

     Matul iz-zminijet, il-Komunità Nisranija qatt ma naqset li thares dan il-kmand tal-Mulej. Fid-dawl ta’ dak li l-Mulej ikkmandana naghmlu b’tifkira tieghu u fid-dawl tat-twegiba li tat il-Knisja matul l-istorja taghha, sa naghmlu mixja ta’ gharfien tac-celebrazzjoni Ewkaristika biex filwaqt li nharsu t-tradizzjoni li nghatatilna, nghadduha bla mittiefsa lil dawk ta’ warajna.

     Nibdew il-mixja taghna b’harsa lejn l-istruttura ta’ l-istess celebrazzjoni Ewkaristika kif waslet ghandna mit-tradizzjoni. Jekk immorru lura lejn il-bidu tal-Knisja, insibu struttura komuni ghall-Knejjes kollha, kemm dawk tal-Lvant kif ukoll dawk tal-Punent. Din l-istruttura nistghu naqsmuha hekk:

riti tal-bidu
liturgija tal-Kelma (1 Kor 14);
liturgija ta’ l-Ewkaristija (1 Kor 11: 23-26);
riti tat-Tqarbin (1 Kor 10:16-17; 12, 13);
riti tal-gheluq.

     Nistghu ninnutaw il-kontinwità tac-celebrazzjoni li waslet sa ghandna llum u kif tal-anqas tliet elementi ta’ din l-istruttura celebrattiva nsibuhom digà fl-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin.

     Fl-ewwel tliet sekli tal-Kristjanezmu, l-ewwel komunitajiet ta’ l-Insara kienu jingabru biex jiccelebraw l-Ewkaristija fid-djar taghhom stess. Fir-raba’ seklu, l-ewlenin Insara bdew jiccelebraw l-Ewkaristija f’dar (domus ecclesiae) imhejjija apposta biex tilqa’ fiha l-gemgha liturgika taht it-tmexxija ta’ l-isqof.

 

P. Anton Farrugia OFM


 

KalendarjuKatekezi - Jum il-Mulej  

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal
l-opinjoni tieghek

Iktbilna hawn