Jum il-Mulej

Katekezi

Kalendarju

 
Il-lum la twebbsux qalbkom, izda isimghu lehen il-Mulej
 
 
 

                          
              
Il-
Qsim tal-hobz

Ir-rit tal-qsim tal-Hobz, minn fejn hadet isimha l-istess celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija, huwa gest mill-aktar importanti u nsibuh kemm fil-Liturgiji Occidentali kif ukoll f’dawk Orjentali.       

     Il-Lhud kienu jibdew jieklu, billi l-missier tal-familja kien jaqsam il-hobz u jnewlu lil dawk migbura mal-mejda filwaqt li jghid talba ta’ barka lil Alla.

     Kristu ghamel dan l-istess gest meta fil-lejl li fih kien ittradut, ha l-hobz u wara li radd il-hajr qasmu (1 Kor 11: 23-24). Wara li qam mill-mewt, imbaghad, id-dixxipli ta’ Ghemmaws gharfuh fil-qsim tal-hobz (Lq 24: 35).

     Fl-antik, dan il-gest kien isir ghaliex l-Insara ewlenin kienu jitqarbnu bil-bicciet li kienu jinqatghu minn hobza wahda kbira. Tajjeb li fic-celebrazzjonijiet ewkaristici taghna, dan il-gest simboliku jkun jidher kemm jista’ jkun, billi jintuzaw ostji kbar bizzejjed li jinqasmu f’dan il-waqt u jitqassmu jekk mhux lil kulhadd, ghall-anqas lil xi whud min-nies prezenti.

     Il-Knisja tixtieq hafna li t-tqarbin isir b’ostji kkonsagrati fl-istess Quddiesa biex jidher ahjar is-sinjal li t-tqarbina hi sehem mill-istess sagrificcju li jkun qed jigi ccelebrat. L-uzanza li t-tqarbin isir b’ostji mit-tabernaklu xxejjen is-sinjal tal-qsim tal-hobz ghax it-tabernaklu huwa riserva ghat-tqarbin tal-morda u ghall-adorazzjoni Ewkaristika.

     Il-qsim tal-hobz ifisser li ghalkemm ahna hafna, meta fit-tqarbin naqsmu bejnietna l-hobza wahda tal-hajja, li hu Kristu, insiru gisem wiehed (ara 1 Kor 10: 16-17).

     Ta’ min jinnota li meta s-sacerdot jaqsam l-ostja, jixhet bicca zghira minnha fil-kalci filwaqt li jghid minn taht l-ilsien: il-Gisem flimkien mad-Demm ta’ Kristu jkunu jiswew lilna, li sa nitqarbnu bihom, ghall-hajja ta’ dejjem.

     Ghalkemm dan ir-rit, imsejjah immistio, insibuh fil-Liturgiji kollha sa mill-eqdem zminijiet, nafu li fil-Knisja ta’ Ruma kien hemm id-drawwa li dawk is-sacerdoti li kull nhar ta’ Hadd ma setghux jikkoncelebraw l-Ewkaristija mal-Papa biex jiccelebrawha mal-poplu afdat lilhom, bhala sinjal ta’ ghaqda, kienet tintbaghtilhom bicca mill-ostja kkonsagrata mill-Papa msejha fermentum.

     Fis-sena 416, il-Papa Innocenz I, f’ittra li baghat lill-Isqof ta’ Gubbio li kien jismu Decenzju qallu hekk:

     Rigward il-“fermentum” li Ahna nibaghtu kull nhar ta’ Hadd fid-diversi “titoli” (= knejjes parrokkjali); is-sacerdoti li f’dak il-jum ma jkunux jistghu jikkoncelebraw maghna minhabba l-poplu afdat lilhom, jircievu l-“fermentum” permezz ta’ l-Akkolti, biex specjalment f’dak il-jum, ma jhossuhomx mifruda minna.

     Il-ministri straordinarji tat-tqarbin – meta jkun hemm bzonn tas-servizz taghhom – ghandhom jersqu qrib l-altar waqt il-qsim tal-hobz. L-ewwel ma jitqarbnu jkunu huma; wara jmorru fil-postijiet indikati biex iqarbnu lill-bqija tan-nies.

     Tkun haga sabiha li l-ministri straordinarji inkarigati mit-tqarbin tal-morda johorgu jqarbnuhom f’dan il-waqt tal-Quddiesa, biex hekk ikun jidher is-sinjal tal-ghaqda ta’ dawn il-membri sofferenti mal-bqija tal-membri l-ohra tal-komunità.

     P. Anton Farrugia OFM

 
 

KalendarjuKatekezi - Jum il-Mulej

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal
l-opinjoni tieghek

Iktbilna hawn