|
|||
|
|
|||
|
|
|||
|
Il-Ministri Imma billi l-isqof fil-Knisja tieghu ma jkunx jista’ jmexxi hu nnifsu dejjem u kullimkien, jehtieg li jwaqqaf gemghat ta’ fidili fosthom fl-ewwel post il-parrocci, organizzati lokalment taht raghaj li jkun minflok l-isqof (Sacrosanctum Concilium 42). Bi tradizzjoni li gejja minn zmien l-Appostli, tradizzjoni li kellha l-bidu sa mill-jum stess tal-Qawmien ta’ Kristu, il-Knisja ticcelebra kull tmint ijiem il-misteru tal-Ghid fil-jum li jissejjah Jum il-Mulej jew Jum il-Hadd (Sacrosanctum Concilium 106). Ta’ kull nhar ta’ Hadd ghalhekk, ninghaqdu ma’ hafna ahwa fil-fidi biex niffurmaw flimkien il-gemgha mqaddsa. L-Appostlu Missierna San Pawl, jipprezenta l-gemgha ta’ l-Insara bhal gisem haj li fih kull membru ghandu xi haga x’joffri (ara 1 Kor 12:12-20). Dak li jmexxi l-gemgha, l-isqof, il-kappillan, kull sacerdot, huwa bhar-ras tal-gisem li l-membri tieghu huma l-Insara migbura. Is-sacerdot li jmexxi l-assemblea liturgika huwa sinjal ta’ Kristu, il-qaddej ta’ Alla u s-sacerdot wahdieni tieghu. Il-poplu huwa sinjal iehor tal-Gisem ta’ Kristu li hu l-Knisja migbura fic-celebrazzjoni tal-misteri qaddisa. Is-sacerdot jiccelebra ghall-gemgha u flimkien maghha. Huwa m’huwiex fuq l-assemblea imma parti minnha ghaliex dak li jmexxi hu l-Mulej Gesù. Fit-tmexxija tal-gemgha, is-sacerdot jerga’ jaghmel prezenti lil Kristu fit-thabbira ta’ l-Evangelju u fit-talba (epiclesis) li jaghmel lill-Ispirtu s-Santu biex jinzel fuq l-offerti u fuq l-ahwa migbura flimkien.
Biex ic-celebrazzjoni ssir sewwa u kif jixraq, minbarra
s-sacerdot ikun hemm bzonn ta’ ministri ohra.
Dawn huma:
Ma’ dawn il-ministeri, kull komunità tista’ zzid ministri ohra skond il-htiega, bhal dawk li jilqghu u jmexxu lin-nies fil-knisja.
P. Anton Farrugia OF |
|||
|
Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal |
|||
|
Iktbilna hawn |
|||