|
It-tislima u l-barka ta' l-ahhar
Fi tmiem ic-celebrazzjoni ta’
l-Ewkaristija, is-sacerdot jerga’ jsellem ’il-poplu bil-kelmiet li
jkun beda bihom Il-Mulej maghkom u li jfissru li l-Mulej Gesù
hu maghna mhux biss waqt ic-celebrazzjoni imma anki wara,
fic-cirkustanzi tal-hajja ta’ kuljum. Il-Mulej jibqa’ wkoll
mas-sacerdot fil-hidma tieghu ta’ ministru t’Alla ghall-qadi
tal-poplu.
It-twegiba U mieghek ukoll
mhix traduzzjoni ezatta tal-latin et cum spiritu tuo ghaliex
trid tfisser li l-Mulej hu ma’ l-Ispirtu li s-sacerdot ircieva
bit-tqeghid ta’ l-idejn fis-sagrament ta’ l-Ordni. Tajjeb li l-avvizi
jinghataw qabel it-tislima u l-barka tas-sacerdot, biex hekk tidher
tajjeb ir-rabta bejn ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija u l-hajja ta’
kuljum.
Imbaghad is-sacerdot ibierek
il-gemgha fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu
filwaqt li jerfa’ idejh u jaghmel is-sinjal tas-salib. Ta’ min
ifakkar li l-poplu m’ghandux jghid mas-sacerdot il-kelmiet tal-barka
imma jwiegeb ghaliha billi jghid biss Amen, ghax hu s-sacerdot
li jitlob l-milja tal-barka tas-sema fuq l-Insara ta’ madwaru. F’xi
okkazjonijiet partikulari l-barka tas-sacerdot tista’ tiehu forma
aktar solenni.
Morru fil- Paci
ta’ Kristu huma l-ahhar kelmiet li bihom is-sacerdot itemm
ic-celebrazzjoni Ewkaristika. Ghaldaqstant kliem iehor bhal Ikun
imfahhar Gesù Kristu, li jkun hemm min izid wara s-sacerdot ma
ghandux jinghad. L-Ewkaristija tkompli fil-hajja ta’ kuljum li matulha
ahna rridu nkunu bi kliemna u ghemilna, xhieda tal-Mewt u l-Qawmien
ta’ Kristu u dan hu li jrid ifisser is-sacerdot b’dawk il-kelmiet.
L-espressjoni
irroddu hajr lil Alla ghandha tifsira mill-isbah ghax turi li dan
hu ghemil li bih ahna rroddu lil Alla dak li joghgbu, xejn aktar
mill-istess hajja taghna!
Wara li jbus l-altar,
tkun haga ta’ min ifahharha li is-sacerdot jibqa’ hiereg hdejn il-bieb
ta’ barra biex isellem lill-gemgha filwaqt li jista’ jsir xi kant. Ta’
min jghid li jekk ic-celebrazzjoni Ewkaristika tkun sa tkompli
bl-adorazzjoni jew fil-funerali bir-rit ta’ l-Ahhar Tislima,
is-sacerdot jghid dejjem it-talba ta’ wara t-tqarbin izda ma jaghtix
il-barka ta’ l-ahhar. Dan ghaliex fil-kaz ta’ l-adorazzjoni, il-barka
tinghata bis-Sagrament espost, filwaqt li fil-kaz tal-funerali,
ic-celebrazzjoni li tkun bdiet fil-knisja tintemm fic-cimiterju.
P. Anton Farrugia OFM |