JUM IL-MULEJ

 KATEKEZI

 KALENDARJU

 
In-naghag tieghi jisimghu lehni, jghid il-Mulej; u jiena naghrafhom u huma jimxu warajja
 
 

 IL-GRIZMA TAL-MORDA

Wara l-Koncilju Vatikan II bdew ikunu organizzati bosta sessjonijiet ta’ fejqan. Il-poplu jattendi bi hgaru ghaliex... kulhadd irid ifiq. Haga sabiha, sakemm dawn isiru tajjeb u skond id-direttivi tal-Knisja.

     Madankollu sikwit ninsew li hemm talba bil-wisq izjed qawwija u effettiva: is-sagrament tal-Grizma tal-Morda.

     Zgur li dan is-sagrament ghad irid ikun izjed skopert u apprezzat.

     Li gara hu li sa qabel il-Koncilju, dan kien sagrament ikkunsidrat bhala l-“addio” tal-persuna qabel ma titlaq lejn id-dinja l-ohra. Difatti dan kien jinghata fl-ahhar mumenti ta’ hajjet il-marid. Kien il-vjatku – il-passagg – tal-bniedem minn din il-hajja ghall-ohra.

     Dan holoq fina biza’ minn dan is-sagrament. Li ssemmih kien ifisser li tkun wasalt fl-ahhar.

     Ghal din ir-raguni l-Knisja bidlet l-isem: illum jissejjah is-Sagrament tal-Morda.

     Hu intenzjonat bhala talba lill-Mulej ghall-fejqan fiziku tal-marid.

     Ghaldaqstant ma ghandux ibezzaghna; anzi ghandna nitolbuh spiss, meta jkollna bzonnu:

itolbu qabel ma taghmel operazzjoni
itolbu meta thossok marid u tixtieq titlob il-fejqan.
itolbu perjodikament jekk inti anzjan (minn, nghidu ahna, 60 sena ’l fuq)
itolbu qabel ma tkun sa tiled tarbija
itolbu perjodikament waqt l-istess marda

     Haga wkoll ta’ min jirrikmandaha hi li l-parrocca torganizza, minn zmien ghal zmien, funzjonijiet li fihom jinghata s-sagrament – dejjem precedut minn katekezi tajba.

     Ir-riforma tar-rit tas-sagrament tal-morda (li saret fl-1972) tirrikmanda wkoll li waqt l-ghoti tas-sagrament ikunu prezenti dawk kollha li jkunu qed jiehdu hsieb il-marid, bhal: tabib, infermieri, qraba, hbieb… B’hekk is-sagrament isir talba komunitarja ghall-marid.

     Bosta drabi jigi sperimentat fejqan fiziku wara l-ghotja tas-sagrament jew paci kbira psikologika biex wiehed jaffronta l-marda.

     Liturgikament hu rrikmandat li s-sagrament jinghata waqt quddiesa, precedut minn qrara tajba u l-qari tal-Kelma, specjalment is-silta ta’ San Gakbu 5:15-16, it-test baziku li jitkellem dwar id-Dlik taz-Zejt ghall-morda mill-presbiteri.

     Jehtieg li nahdmu kemm nistghu biex niggieldu kontra l-mentalità li s-sacerdot jissejjah biex jamministra s-sagrament meta l-marid ikun wasal fl-ahhar jekk ukoll mhux meta jkun digà barra minn sensih, minhabba l-biza’ li dan jista’ jixxokkja ruhu jekk is-sacerdot ikun sa jamministralu s-sagrament. Hi mentalità li rridu niggieldu kontrieha.

     Ma ghandniex xi nghidu: tonqos katekezi soda u frekwenti fil-pastorali parrokkjali dwar dan is-sagrament.

     Hu rigal u mezz iehor ta’ fejqan li l-Knisja toffrilna, prova cara ta’ kemm Kristu u l-Knisja jriduna shah: gisem, ruh u spirtu.

                                                                              P. Elija Vella OFMConv

 
 

 Katekezi - Jum il-Mulej - Kalendarju

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal
l-opinjoni tieghek

Iktbilna hawn