Tkellem, Mulej, ghax il-qaddej tieghek qieghed jisma’; inti ghandek il-kliem tal-hajja ta’ dejjem.
 

Fuqiex sa nitkellmu?

      Matul din is-sena dak kollu li sa taqraw f’dawn l-artikli fuq il-fuljetti ta’ Jum il-Mulej, mhux sa jkunu riflessjonijiet teologici jew morali fuq il-liturgija, imma sa jkunu semplici riflessjonijiet spiritwali; djalogu mal-qalb ta’ kull wiehed u wahda minnkom fuq kif tistghu tghixu ahjar il-Quddiesa tal-Hadd. Sa jkunu riflessjonijiet semplici ta’ qalb li tibki mwegggha xhin tara u thoss is-sehem kiesah u biered u kultant zbaljat tan-nies li jmorru ghall-Quddies, u l-aktar nett ghall-Quddiesa tal-Hadd.

     In-nies nistghu nghidu li tilfu s-sens tal-partecipazzjoni; ma jafux ghaliex ghandhom imorru l-knisja nhar ta’ Hadd, ma jafux x’ghandhom jaghmlu jew jghidu, u jekk jafu xi haga dan hu ghaliex tghallmuh bl-amment u jaghmluh bi tradizzjoni bla ma jhallu ebda gest jew kelma tidhol fi qlubhom u tbiddlilhom hajjithom.

     Kemm jintilfu okkazjonijiet li fihom nistghu niltaqghu tabilhaqq mal-Mulej! Kemm-il darba l-Mulej ikellimna personalment permezz tal-Kelma tieghu u ahna nibqghu b’widnejna u qlubna ’l boghod nahsbu fi hwejjeg ohra! Kemm-il darba l-Mulej kien bilqieghda magenbna u ried jaqbdilna jdejna u ahna kellna ghajnejna jharsu band’ohra!

     Din il-laqgha mal-Mulej qed nehduha bhala haga skontata, qisna qomna filghodu u hsilna wiccna u snienna. Nafu li hi haga importanti, izda qeghdin naghmluha bla ma nahsbu. |gur li kull filghodu ma noqoghdux nahsbu fuq kemm hu importanti u utli li nahslu snienna, izda naghmlu hekk bla hsieb ta’ xejn. Hekk ukoll il-Quddiesa saret haga skontata: immorru l-knisja u jekk noqoghdu sewwa, ma ntellfux lill-ohrajn, inwiegbu lill-qassis, nisimghu l-Kelma izda b’mohhna mtajjar fuq elf haga, nitqarbnu, u jekk ikollna x-xorti, nitolbu daqsxejn ghall-familja taghna, ghal htigijietna, u fl-ahhar nitilqu ’l barra. Izda xi nbidel fi qlubna? X’qalilna Alla llum? Min kien bilqieghda hdejna? X’kienet is-silta tal-Vangelu? Tlabna tabilhaqq? Rajnieh wicc Alla fl-Ewkaristija? Dan kollu ghalina ma ghandu ebda importanza. Ma jinkwetaniex. U din tkun okkazjoni ohra mitlufa li fiha stajna niltaqghu mal-Mulej.

     Mela jekk tridu tassew tiehdu sehem ahjar fil-Quddiesa tal-Hadd, fic-celebrazzjoni tal-Ewkaristija, fil-waqt li fih Gesł jissagrifika lilu nnifsu ghalina, f’dal-hin tal-gimgha li ahna nahtruh ghal min hatar hajtu ghalina; jekk tridu tghixu bis-shih u b’mod personali l-Quddiesa filwaqt li tiehdu sehem f’kull gest, f’kull kelma, f’kull tahrika u ma tafux kif; jekk tridu tghixu din il-laqgha ma’ Alla u ma tkunux prezenti biss bil-gisem filwaqt li r-ruh u l-mohh ikunu band’ohra; jekk tridu dan u aktar, ahna sa nfittxuh flimkien u sa nghinu lil xulxin.

     Izda biex dan naghmluh mhemm ebda formula magika jew medicina mirakuluza. Hadd fid-dinja ma ghandu t-twegiba lesta jew il-kliem f’waqtu li jigih ezatt meta jridu. Hija esperjenza personali u unika bhalma hu kull bniedem. Alla jiltaqa’ personalment ma’ kull wiehed u wahda minna, u din il-laqgha tkun dejjem differenti ghal kull wiehed. Huwa dmir taghna li nsibu din ir-rabta, dan il-waqt sabih li fih il-Mulej jigi quddiemna biex jismaghna u jkellimna. U ghalhekk kulma nista’ naghmel b’dawn l-artikli hu li naqsam maghkom l-esperjenza tieghi personali u unika mal-Mulej, imbaghad kull wiehed minnkom jiehu minnha dak li jarah utli ghall-esperjenza tieghu – personali u unika – mieghu.

 

Dalia Kandalaft OV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn