|
Inkunu dejjem fil-hin
Kull laqgha li ssir bejn hbieb, namrati jew membri ta’ familja,
tibda b’appuntament. L-ewwel jinghata ppuntament imbaghad issir
il-laqgha. Ghal min ihobb l-appuntament hu importanti fil-grajja
tal-istorja tieghu, u l-puntwalitą hi fundamentali, l-aktar nett
fil-bidu tar-rapport biex fuqu tinbena l-kunfidenza u l-fiducja.
Hadd qatt ma jonqos ghall-ewwel appuntament, u zgur li hadd qatt ma
jasal tard. Dan izda ma jfissirx li f’dawk li jigu wara wiehed
jista’ jittraskura l-puntwalitą! Imbaghad ikun hemm l-imhabba li
jsahhahha. Nahseb li qed tghidu: dan x’ghandu x’jaqsam mal-Quddiesa?
Nahseb u nittama li f’dil-mixja ta’ formazzjoni li qed naghmlu
flimkien wasalna biex nifhmu li l-Quddiesa hija laqgha intima
mal-Mulej. Ma nistenniex li dan ghandna nghixuh u nhossuh minnufih,
izda ghall-anqas ejjew indahhluh fil-mod kif inqisu l-jum tal-Hadd.
U hawn sa naghmel mistoqsija ohra: kemm inzommuh dan l-appuntament?
B’xorti hazina qed ninnotaw li tista’ tghid f’kull knisja xi nies
jidhlu wara ghaxar minuti, wara ghoxrin u sahansitra f’xi kazijiet
wara tletin minuta li tkun harget il-Quddiesa. U hawn ma ghandix
f’mohhi lil dawk, libir-rieda tajba kollha, xi darba jaslu tard
minhabba xi incident li jkun inqalghalhom jew minhabba xi raguni li
ma jkollhomx kontroll fuqha, izda f’mohhi ghandi ’l min jasal tard
ghall-Quddies dejjem, qisu bi drawwa, ghax jahseb li l-aqwa tmur u
tkun prezenti f’xi hin, jew ghax aktar jaghzel li filghodu jtawwal
ir-raqda b’ghaxar minuti milli jasal il-knisja hames minuti qabel
tohrog il-Quddiesa, jew ghax jaghzel li joqghod ipejjep sigarett
barra, jew ghax ma ghandux hila joqghod hames minuti jitlob
fis-skiet qabel il-Quddiesa, jew... ghal mitt raguni ohra. Minhabba
f’dat-tkewtil hafna nies mhumiex jaslu fil-hin ghall-appuntament ma’
Alla. L-aktar haga li ssewwed il-qalb hi li hafna minn dawn,
fit-tqarbin tarahom iqumu biex jircievu l-Mulej fl-Ewkaristija. U
jiena nistaqsi: x’sehem hadu dawn fic-celebrazzjoni? X’messagg
mill-Kotba Mqaddsa wasal ghandhom illum? X’esperjenza ta’ Alla
ghamlu f’dan il-Hadd? X’sa jbiddel Kristu llum f’qalbhom? Dawn
il-mistoqsijiet ma nafx inwegibhom, izda nittama b’qalbi kollha li
l-grazzja ta’ Alla hanin u sieber, tahdem xorta wahda fi qlubhom,
issahhanhomlhom u timlihomlhom bil-hena tal-fidi li hi nieqsa fihom.
Il-Mulej elfejn sena ilu tana appuntament: aghmlu dan f’tifkira
tieghi. U minn dakinhar hu dejjem kien puntwali ghal-laqgha
tieghu maghna. Hu jibqa’ dejjem izomm kelmtu u l-weghdiet tieghu...
ejjew inwegbuh billi ahna wkoll inkunu puntwali ghal-laqgha taghna
mieghu!
Dalia Kandalaft OCV |