In-naghag tieghi jisimghu lehni, u jiena naghrafhom, u huma jimxu warajja.
 

Inkunu dejjem fil-hin

L-ghagla issa saret it-timbru ta’ din id-dinja moderna taghna. Kulhadd irid kollox malajr; hadd ma jrid jistenna; hadd ma ghadu jaf jistenna. L-istennija saret virtł. L-istennija, irriflessjoni u l-meditazzjoni huma kelmiet li d-dinja tal-lum ma tafx xi jfissru.

B’xorti hazina anki fejn jidhol Alla kollox qed isir bil-ghagla. Naslu bil-ghagla u nitilqu bil-ghagla, nitolbu bil-ghagla u rridu twegiba bil-ghagla. Naghmlu kollox bil-ghagla, dejjem bl-iskuza li ghandna hafna x’naghmlu u hin ghandna ftit. Nahseb li mhux importanti kemm isehhilna naghmlu, izda kif naghmlu u b’liema spirtu naghmlu!

L-ahhar darba tkellimna fuq il-puntwalitą. Illum irrid niehu pass ’il quddiem: ghaliex flok naslu fil-hin ghall-Quddiesa, ma naslux xi hames minuti, ghaxar minuti, kwarta qabel biex dak il-hin nghadduh f’relazzjoni intima mal-Mulej?

Il-Vangelu ahna naqrawh hafna drabi u l-parabboli ta’ Gesł nafuhom bl-amment, izda kliemu ma jinfidx qlubna u ma nintebhux li dawn il-parabboli jiswew ghal hajjitna llum.

Meta l-gharus wasal ghat-tieg, min kien lest dahal mieghu u l-bibien inghalqu; min ma kienx lest baqa’ barra, u l-bibien ma setghu jergghu jinfethu bl-ebda mod. Zgur tafu li qed insemmi l-parabbola tax-xebbiet boloh (ara Mt 25: 10). Min jidhol igawdi mal-gharus fil-festa tat-tieg, imma min ma jkunx lest u ma jidholx ma jgawdi xejn. Fi kliem iehor: min hu barra barra u min hu gewwa gewwa!

Meta xi hadd ihossu ma jiflahx imur ghand it-tabib u jasal ghandu qabel il-hin tal-appuntament biex meta jkun imissu jidhol. Ma nahsibx li f’haga bhal din dak li jkun jasal tard, ghax inkella jkun hemm min jaqbzu u hu jibqa’ barra jistenna mugugh. Il-pazjent ghandu bzonn it-tabib u mhux bil-maqlub!

Ahna lkoll, irgiel u nisa, qassisin u sorijiet, mizzewgin jew ikkonsagrati, ahna lkoll morda fir-ruh minhabba d-dnub, u lkoll offendejna ’l Alla b’xi mod jew iehor, u lkoll nehtiegu l-uniku tabib li ghandna biex ifejjaqna u jsahhahna.Ahna ghandna bzonnu mhux hu bzonna.

Huti, naghmlu att ta’ fidi, att ta’ mhabba, ejjew naghtu sorpriza lilna nfusna, ejjew nisfidaw id-drawwiet taghna, u nersqu biex niltaqghu mal-Mulej b’qalb mimlija bil-ferh,bix-xewqa li noqoghdu mieghu malajr u ghattul kemm jista’ jkun. Kull minuta mal-Mulej, kull minuta li nghaddu f’riglejh, kull minuta li nghaddu nisimghu l-Kelma tieghu hija ttwegiba ghall-mistoqsijiet taghna, hija l-farag fil-problemi kollha taghna. Kemm hi haga sabiha jekk meta jasal il-Mulej isibna lesti bl-imsiebah taghna mixghula, ahna u nistennew li naraw id-dawl ta’ wiccu u nidhlu nifirhu fil-festa tat-tieg flimkien mieghu!

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn