Profeta kbir qam fostna, u Alla zar il-poplu tieghu.
 

X'naqbdu nghidulu?

L-ahhar darba tkellimna fuq limportanza li nahsbu kmieni ghal-laqgha taghna mal-Mulej fil-Quddiesa billi naslu ftit minuti qabel. Dan naghmluh mhux biex insibu fejn nipparkjaw, lanqas biex insibu post tajjeb fil-knisja, lanqas biex niltaqghu mal-hbieb, imma biex nghaddu ftit hin nithaddtu mieghu personalment. Izda x’sa nghidulu u x’sa nitolbuh lil Alla?

L-aqwa haga li l-Mulej jixtieq minghandna waqt it-talb hi li nitghallmu noqoghdu fisskiet. Alla ma jehtiegx kliemna; hu jaf kulma hu mehtieg ghalina, jaf sahansitra dawk il-hwejjeg li ahna ma nafux li nehtiguhom. Alla jaf dak kollu li rridu u nixtiequ ghalina nfusna u ghall-familji taghna.

Is-skiet ibezzaghna. Il-bniedem tal-lum mhux imdorri joqghod sieket. Ahna mdorrijin nitkellmu hafna, nitkellmu l-gurnata kollha, hajjitna kollha, u ninsabu wkoll imdawrin b’hafna storbju: storbju li naghzluh ahna u storbju li jkollna nitqannew bih. Kemm minna malli naslu d-dar jew nirkbu l-karozza arana nixeghlu t-televizjoni jew ir-radju... xi haga li tikser is-skiet. U ghalhekk ma ghandna qatt hin noqoghdu maghna nfusna fis-skiet.

Hekk ukoll naghmlu ma’ Alla. Malli nidhlu l-knisja rridu bilfors naghmlu jew nghidu xi haga. Arana jew inkellmu lil ta’ magenbna, jew nohorgu l-kuruna biex nibdew inqassu r-Ruzarju, jew naqraw xi ktieb jew fuljett jew santa. Ma nafux noqoghdu biss hames minuti fis-skiet bla ma naghmlu xejn. Ahna ngorru maghna listorbju kollu ta’ barra. Izda Alla jghidilna: ieqaf ghal waqt wiehed minn kollox u oqghod ftit bi kwietek bla ma tahseb f’xejn u f’hadd. L-uniku atteggament taghna ghandu jkun li noqoghdu fil-prezenza ta’ Alla. Hemm xi haga isbah minn din?

Fis-skiet ruhna tiehu n-nifs; fis-skiet naghrfu ahjar lilna nfusna; fis-skiet naraw aktar car in-nuqqasijiet taghna; fis-skiet qalbna titkellem mal-Hallieq; fis-skiet isehhilna nisimghu u naghrfu lehen il-Mulej.

Ahna nehtiegu mhux li nitkellmu u nitolbu lil Alla jaghtina, imma li nisimghu x’ghandu x’jghidilna, ghax is-smigh ta’ lehnu huwa l-ferh taghna – ferh li nfittxuh band’ohra. Lehen il-Mulej ifejjaq in-natura marida taghna l-bnedmin; lehnu jaghmilna rgiel u nisa ahjar; lehnu jghaqqadna mieghu u jaghmilna perfetti bhalu.

U ghalhekk, gheziez huti, ejjew infittxu nghaddu l-hin taghna mal-Mulej fis-skiet, ghax talbna ma jitkejjilx b’kemm nghidu u b’dak li nghidu, imma b’kemm isehhilna nisimghu fis-skiet il-Kelma ta’ Alla.

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn