|
Ir-Ruzarju Mqaddes
Hija drawwa u devozzjoni mxerrda hafna, mhux biss f’Malta u Ghawdex,
imma tista’ tghid madwar id-dinja, dik li jinghad ir-ruzarju qabel
il-Quddiesa. Izda kif dit-talba tista’ thejjina ghall-Quddiesa? U
meta din id-devozzjoni tista’ tkun ta’ tfixkil?
It-talba tar-ruzarju aktarx li twieldet minn nies semplici biex
ikollhom xi talb x’jghidu bhalma l-qassisin u r-religjuzi jghidu
l-Ufficcju Divin jew kif jissejjah illum il-Lirurgija tas-Sighat.
Dawn in-nies semplici, li ma kinux jafu jaqraw, minflok il-150 salm
kienu jghidu 150 Sliema u Qaddisa mqassmin fi hmistax-il posta.
(Kien f’dawn l-ahhar snin li l-posti minn 15 saru 20 biz-zjieda
tal-misteri taddawl). Din it-talba, li hi msawra bi kliem mehu
d-direttament mill-Bibbja, bdiet xi darba matul it-tieni seklu, kif
juruna xi graffiti qodma. Kultant kienu jinqdew b’habel bl-gheqiedi
biex jghoddu s-Slimiet. L-ewwel referenza storika marbuta
mar-ruzarju nsibuha fil-hajja ta’ San Duminku, li miet fl-1221,
il-fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi, li l-membri tieghu huma
maghrufin ukoll bl-isem ta’ Dumnikani. It-tradizzjoni tghid li
kienet l-istess Vergni Marija li talbitu jghid u jxerred
id-devozzjoni tar-ruzarju bhala arma kontra l-erezija Albigiza li
dak iz-zmien kienet fl-aqwa taghha. Jinghad li r-ruzarju kif nafuh
illum beda f’dik l-epoka. Mal-mixja tas-sekli, sew qaddisin kif
ukoll Papiet irrikmandaw hafna r-recta tar-ruzarju mqaddes, bhala
l-aktar talba importanti tal-Knisja wara l-Quddiesa u l-Liturgija
tas-Sighat (Gwanni Pawlu II).
U hu sewwasew f’dal-punt fejn ridt nasal: ir-ruzarju huwa importanti
u mehtieg, imma l-Quddiesa tiehu dejjem l-ewwel post. Ir-ruzarju
jissejjah it-talba tal-qaddisin, ghax filwaqt li l-idejn u
x-xofftejn ikunu jitolbu (meta nghiduh wahedna ghandu jinghad
fis-skiet biex ma nfixklux lill-ohrajn), il-mohh jimmedita l-misteri
tas-salvazzjoni. Il-meditazzjoni hija talba li fiha l-bniedem jitlob
b’mohhu u bl-imma ginazzjoni biex jikkunsidra xi verità tal-fidi, u
b’hekk ihobbha aktar u jghixha f’hajtu. Mela jekk ir-ruzarju mqaddes
jghinna nidhlu fi djalogu intimu ma’ Alla permezz tat-talbiet li
jsawruh u l-meditazzjoni tal-misteri qaddisa, din hi thejjija tajba
ghall-Quddiesa. Izda jekk ir-recta tar-ruzarju hi semplici drawwa
biex nghidu xi haga ghax ma nafux noqoghdu fisskiet, jisghobbija
nghidilkom li din hi drawwa zbaljata, u l-izball jikber wisq u wisq
aktar jekk ir-ruzarju jinghad waqt il-Quddiesa. Hija tabilhaqq haga
tal-misthija tara nies jghidu r-ruzarju huma u jinqraw is-siltiet
tal-Iskrittura Mqaddsa jew meta s-sacerdot ikun qed jaghmel
l-omelija, jew sahansitra fil-konsagrazzjoni tal-hobz u l-inbid,
bhallikieku jridu jzidu xi haga minn taghhom mal-Quddiesa. Haga bhal
din, barra li hi pastazata u nuqqas ta’ delikatezza lejn
is-sacerdot, il-qarrejja u n-nies l-ohra li jkunu jiehdu sehem
fil-Quddiesa, hija fuq kollox nuqqas gravi lejn Alla l-imbierek. Min
jaghmel hekk lil Alla jkun donnu qed jghidlu: “Ma jimpurtanix
mill-messagg li trid twassalli bil-qari u bl-omelija u t-talbiet
l-ohra tal-Quddiesa; jien issa qed nghid ir-ruzarju!”
Gheziez huti, ejjew nidhlu dahla fina nfusna u naghrfu sewwa x’ahna
naghmlu, u dak li naghmlu ejjew naghtuh il-valur li jisthoqqlu u
naghmluh f’waqtu. Hawn ta’ min jghid u jifhem li l-fidi taghna
mhijiex fir-ruzarju, fis-santi, fl-istatwi jew fid-domni u
l-laptijiet. Iva, dawn huma lkoll ghodod tajbin li jistghu u
ghandhom jghinuna nitolbu, izda t-talb x’inhu jekk mhux tahdit
tar-ruh mal-Hallieq taghha. It-talb huwa l-kanal dejjem miftuh li
jghaqqad lilna mieghu. Anki l-Madonna, hi u trabbi u tghix ma’ Binha
“kienet tghozz f’qalbha dawn il-hwejjeg kollha u toqghod tahseb
fuqhom” (Lq 2: 51).
Dalia Kandalaft OCV |