Jiena hu l-hobz il-haj, li nizel mis-sema. Jekk xi hadd jiekol minn dan il-hobz jghix ghal dejjem.
 

Animazzjoni liturgika

L-animazzjoni hi tabilhaqq ministeru liturgiku. Xoghol l-animatur hu li jaqdi l-gemgha biex jghinha ssir responsabbli tat-talb taghha u tghix bis-shih ic-celebrazzjoni ewkaristika. Dan jitlob mhux biss don specjali tal-Ispirtu, izda wkoll certi hiliet teknici. Ghalhekk huwa importanti li dawk li jmexxu l-komunità jiehdu hsieb li jipprovdu mixja essenzjalment formattiva lil dawk li jaghtu dan is-servizz umli u mohbi izda wkoll mehtieg qatigh ghall-mod kif jitmexxu l-liturgiji.

Xoghol l-animatur mhuwiex dak li jzid is-sinjali jew il-kliem fil-knejjes taghna, izda li jinqeda b’kull haga bir-razna u dejjem b’risq is-servizz tac-celebrazzjoni. Ghaliex l-ghana li bih huma moghnijin il-liturgiji taghna jitlob ghadd kbir ta’ servizzi li ghandhom jinghataw, imma jitlob ukoll hila fl-organizzazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ dawn l-istess servizzi.

Hemm mela animaturi li xogholhom hu li jilqghu lill-fidili hekk kif jidhlu fil-knisja; ohrajn imsejhin biex ixandru l-Kelma (il-letturi); ohrajn addetti ghall-muzika u l-kant; ohrajn li jidhlu f’certi waqtiet biex jaghtu tifsiriet mehtiega biex b’hekk il-gemgha tiehu sehem aktar shih fil-liturgija (il-kummentaturi). Bil-parti tieghu, kull wiehed ifittex li jghin lic-celebrazzjoni timxi ’l quddiem b’ritmu, bla tigbid u bla dewmien zejjed, filwaqt li jsiru l-enfasi, il-waqfiet jew l-intervalli mehtiega... ecc. Ilkoll ghandhom jghinu lill-gemgha tikkoncentra fuq il-misteru li jkun qed isehh u mhux fuqhom infushom u fuq il-bravuri teknici li ghandhom hila jaghmlu. Hu wisq isbah jisimghu lin-nies jghidu: illum ghentni nfahhar lil Alla, flok jghidu: kemm ghandek lehen sabih!

Barra minn dan, l-animaturi ghandu jkollhom gharfien car, kemm fuq il-pjan tekniku u kemm fuq dak operattiv, tal-l-imitazzjonijiet u l-hiliet personali taghhom fil-hidma li jaghmlu. Ma ghandhom qatt jippretendu li jiehdu post l-ohrajn jew post il-gemgha. Hekk, nghidu ahna, xoghol min ikanta hu dak li jiffacilita u jsostni l-kant tal-gemgha u mhux li jifgah b’lehnu stess. Il-kummentatur irid ikun jaf jitkellem u wkoll jiskot skont il-waqt tal-liturgija; irid ikun jaf jghid kelma tajba f’waqtha, u mhux joqghod il-hin kollu quddiem il-mikrofonu biex juri kemm hu intiz u bravu, lanqas ma ghandu juri d-devozzjoni u l-konvinzjoni tieghu personali. L-animaturi qeghdin hemm ghall-qadi tal-liturgija u tal-gemgha.

Izda biex dan kollu jsehh hija mehtiega formazzjoni attenta u kontinwa. L-animatur mhuwiex dak li jaf idoqq, jew ikanta, jew jitkellem tajjeb; hafna huma dawk li jafu jaghmluhom dawn il-hwejjeg. L-animatur, barra mill-hiliet teknici, ghandu jkollu l-grazzja jew il-karizma jew ix-xehta ghal hidma bhal din. Ghalhekk il-mixja formattiva tal-animatur liturgiku ghandha tissejjes b’mod essenzjali fuq hames rokon: 1) formazzjoni biblika; 2) formazzjoni ekklesjologikapastorali; 3) formazzjoni liturgika; 4) formazzjoni spiritwali; 5) formazzjoni teknika skont il-hiliet ta’ dak li jkun.

L-animatur ma ghandu qatt jinsa li hu wkoll jaghmel parti mill-gemgha liturgika li tiltaqa’ biex titlob, u li l-qadi tieghu ghandu jghin l-ewwel nett lilu nnifsu jiltaqa’ mal-Mulej u jaghmel esperjenza tieghu.

 

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn