|
B'lehen wiehed
Nahseb li hafna minna marru xi darba jew ohra ghal xi kuncert jew
semghu kor ikanta. Hafna drabi meta mmorru nohorgu sodisfatti, izda
xi drabi nintebhu li fil-kor kien hemm xi haga li dejqitna anki jekk
ma nkunux nifhmu wisq fil-muzika u nkunu semmiegha biss. Izda x’inhu
dak li jgieghel kor jaghik gost xhin tisimghu u dak li jdejqek fih?
Jien fil-muzika ma nifhimx, imma ghamilt bosta snin fil-kor
tal-iskola. U niftakar lid-direttrici tal-kor tghidilna fl-ewwel
prova li trid tisma’ lehen wiehed mhux tlieta u hamsin, u li kull
wahda minna trid tisma’ mhux lehinha imma lehen dik ta’ magenbha.
Mela nahseb li kor jahdem tajjeb mhux ghax il-membri tieghu jkollhom
lehen sabih, imma ghax dawn l-ilhna sbieh isehhilhom ikantaw
bl-armonija maghqudin flimkien. Mhux kulhadd hu kapaci jkanta f’kor.
Huwa don partikulari li fih il-membru individwali jissodisfa u
jirrealizza ruhu mhux billi jkanta wahdu imma billi jkanta flimkien
ma’ ohrajn.
Dil-haga gaghlitni nahseb. Hafna drabi ahna niffurmaw kor li min
jisimghu ma tantx jiehu gost. Ma nafux nghidu talba wahda flimkien
bhala komunità. Kull wiehed iwiegeb kif irid u meta jrid, b’ritmu
kajman jew mghaggel skont min ikun, filwaqt li jinsa li madwaru hemm
komunità shiha qieghda titlob mieghu. Niftakru li c-celebrazzjoni
ewkaristika hija celebrazzjoni komunitarja mhux individwali; mhijiex
talba personali, u la nkunu f’komunità jehtieg li nirrispettaw
il-komunità. Jehtieg li nhossu li ahna tabilhaqq membri ta’ din
il-komunità biex inwiegbu bhala membri taghha. M’ahniex individwi li
qeghin jitolbu flimkien, imma komunità li titlob f’ghaqda ma’
Kristu.
Smajt sahansitra lil min iwiegeb lis-sacerdot qabel ma dan itemm
it-talba tieghu. Il-mohh li jigri qabel il-qalb. Ma naghtix hin
lill-kelma biex tidhol f’qalbna, biex integhmuha qabel ma nwiegbu,
anki jekk ittwegiba nafuha bl-amment u hi dejjem l-istess, izda kull
darba ghandha toghma differenti u taghmel effett differenti. Dan
jiddependi mill-qaghda li nkunu fiha, jiddependi mill-problemi li
jkollna, jiddependi minn hafna hwejjeg ohra li jaghmlu minna nies,
persuni, mhux robots jew pappagalli.
Intom forsi tghidu: Alla ma joqghodx ifittex dawn l-irqaqat, hu jara
l-intenzjoni tal-qalb u mhux jekk l-ilhna humiex f’armonija jew le.
Dan hu minnu sa certu punt.
Alla halaq id-dinja mill-kaos. Huwa qieghed l-ordni fl-univers. U
zgur li jhobb l-armonija, bizzejjed inharsu lejn in-natura. Izda dan
li qed nghidu mhuwiex biss biex noghgbu lil Alla u biex talbna jitla’
ghandu b’lehen wiehed; dan hu ghalina wkoll,
biex
inhossuna maghqudin f’komunità, biex il-Quddiesa ma ssirx haga ta’
rutina u tibda ddejjaqna, biex lehnek li jghajjat jghin lil lehni li
hu dghajjef, lehnek ferhan jghin lil lehni mnikket, u lehnek
zaghzugh jghin lil lehni xih. B’hekk nghinu lil xulxin.
Intennilkom ir-regola li ghallmitna d-direttrici tal-kor: isma’ l-lehen
ta’ min jinsab hdejk. U nzidilkom ohra: isimghu wkoll lehinkom biex
tkunu tafu x’intom tghidu u l-Quddiesa tkun esperjenza dejjem gdida
mhux dejjem l-istess.
Dalia Kandalaft OCV |