Il-kliem li jiena ghidtilkom huwa spirtu u hajja. Inti ghandek il-kliem tal-hajja ta’ dejjem.
 

Prezenza wkoll fil-gisem

Jekk l-imhabba tibqa’ biss sentiment gewwieni tkun imhabba hawlija, imma meta dan is-sentiment jinbidel permezz tal-gisem, fl-ghemejjel u l-kliem, isir imhabba li taghmel il-frott. Anki l-fidi taghna tehtieg il-gisem biex tikber u turi l-pjan salvifiku ta’ Alla. Imma kemm niccelebrawh tabilhaqq lill-Mulej b’gisimna?

Fic-celebrazzjoni Ewkaristika jidhol il-bniedem kollu kemm hu: ruh u gisem. Ghad li nkunu nixtiequ, insibuha difficli nikkontrollaw ir-ruh u l-ispirtu, izda t-tahrik ta’ gisimna le. Ahna niddeciedu kemm irridu niehdu sehem fil-Quddiesa u b’hekk ninfluwenzaw il-mod ta’ kif niehdu sehem. Il-liturgija tant hi ghanja b’simboli, kuluri, fwejjah, gesti u hsejjes li jdahhlu fl-atmosfera l-gisem u s-sensi kollha tal-bniedem. Biex jaghmel esperjenza vera u personali l-bniedem jehtieg li jara, imiss, ihoss, jisma’, ecc..., u hekk din l-esperjenza ma tibqax xi haga barranija minnu imma ssir tieghu; issir esperjenza intima li kull wiehed jghixha b’intensitą u sentimenti diversi.

Taht certi aspetti, l-involviment tal-gisem jidher bhala xi haga ovvja tac-celebrazzjoni Ewkaristika. Azzjoni liturgika ma tistax ma tihux gisem permezz tal-azzjonijiet u l-gesti tan-nies, f’kuntest preciz ta’ spazju u zmien. Hu minnu li dan l-involviment tal-gisem jista’ jiftiehem b’hafna modi, jista’ jkun ukoll ittraskurat jew imnaqqas. Izda jibqa’ l-fatt li l-liturgija ma tistax tahdem minghajr il-gisem. Is-sejha tas-Sacrosanctum concilium favur is-sehem attiv ta spinta ’l quddiem lil ghamliet ta’ animazzjoni u involviment tal-gemgha li jaghtu valur anki lis-sehem tal-gisem fic-celebrazzjoni: “Biex nippromovu s-sehem attiv, niehdu hsieb l-akklamazzjonijiet tal-poplu, it-twegibiet, is-salmodija, l-antifoni, il-kant kif ukoll l-azzjonijiet, il-gesti u l-attaggament tal-gisem. Inharsu wkoll, f’waqtu, is-skiet imqaddes” (SC 30).

Fil-liturgija l-gesti u t-tahrik tal-gisem mhumiex xi haga zejda. Il-gesti huma fundamentali. Tant hu hekk li hu bil-kliem u l-gesti li nergghu nipprezentaw lil Kristu Rxoxt fostna. Il-gesti li naghmlu fil-liturgija, ghalhekk, huma importanti ghaliex huma l-gesti ta’ Gesł; il-Verb maghmul bniedem, li miet u qam u dahal fil-glorja b’gismu. Fic-celebrazzjoni liturgika u fil-gesti konkreti li din titlobna naghmlu, il-Knisja ma taghmel xejn aktar hlief ittawwal u tattwalizza l-gesti tal-Mulej: huwa jimxi, ibierek, imiss, ifejjaq, jaghgen it-tajn, jerfa’ ghajnejh lejn is-sema, jaqsam il-hobz, jaqbad il-kalci, jgholli jdejh, ecc... Huma gesti li l-liturgija ddahhalhom fic-celebrazzjoni tas-sagramenti. Huwa l-imghallem tal-edukazzjoni liturgika taghna. Izda x’inhu dak li jaghmel il-gesti ta’ Gesł daqshekk sbieh? L-imhabba profonda li hu ghandu f’qalbu ghar-razza kollha tal-bnedmin taghmel dak kollu li hu jghid u jaghmel sabih b’mod tal-ghageb.

Ghalhekk hu importanti nkunu nafu li t-talb veru ghandu jsir kemm bl-ispirtu u kemm bil-gisem. Anzi huwa l-gisem li jfisser dak li jhoss l-ispirtu u dak li tixtieq il-qalb: jigifieri li niltaqghu mal-Mulej u nitwahhdu mieghu.
 

Ejjew nifhmu, gheziez huti, l-importanza tal-prezenza taghna bir-ruh u l-gisem fid-dar ta’ Alla, u nfittxu li niltaqghu mieghu bil-persuna shiha taghna.

 

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn