|
Gesti u caqliq maghmulin sewwa
L-ahhar darba tkellimna fuq l-importanza tas-sehem taghna
fic-celebrazzjoni Ewkaristika b’gisimna, li jidher fil-gesti u
c-caqliq jew tahrik fil-liturgija, u ta’ min wiehed jiftakar li dawn
il-gesti huma daqshekk sbieh u gheziez ghaliex huma l-gesti ta’
Kristu, u ahna kull darba li naghmlu xi gest, naghmluh bi qbil
mieghu. Nixtieq inkellimkom fuq zewg aspetti importanti tal-gesti
liturgici: iridu jkunu gesti maghmulin tajjeb u gesti
maghmulin flimkien. Illum sa nitkellmu fuq l-ewwel aspett.
Il-gest jew caqliq indikat fil-liturgija jkun sabih sakemm ikun
maghmul tajjeb; jigifieri maghmul b’mod shih u komplut. Nghidu ahna,
ir-radd tas-salib huwa espressjoni tal-fidi taghna, u bih
niftakru fiz-zewg misteri ewlenin: bil-kliem infissru l-ghaqda
fit-Trinità ta’ Alla; u bis-sinjal tas-salib niftakru
fl-Inkarnazzjoni, il-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu.
Ghalhekk meta rroddu s-salib, irrodduh tajjeb, bil-mod u idna
l-leminija ncaqalquha sewwa; ghax is-salib ihaddanna kollna kemm
ahna, ruh u gisem, jikkonsagrana u jqaddisna. U ghalhekk ma jezistix
nofs radd tas-salib, jew tahrika tal-id qisna qed inkeccu ddubbien,
ma tafx jekk hux ghamla ta’ salib jew ta’ xi haga tonda; izda ghandu
jkun sinjal li jibda mill-gbin ghal fuq iz-zaqq ghal fuq
l-ispallejn. Ghandu jkun sinjal car u sabih. Ma ghandniex nibzghu
jew nisthu rrodduh u rrodduh sew, ghax kull darba li rrodduh
il-Mulej jaghtina hafna grazzji.
Gest
iehor li jsir ukoll b’mod zbaljat hu dak meta ninzlu
gharkopptejna.
Dan isir billi mmissu l-art jew b’irkoppa wahda jew bi tnejn.
Hu gest li jfisser rispett, umiltà, qima u ndiema. “Imbaghad
tbieghed minnhom daqs tefgha ta’ gebla, u nxtehet gharkopptejh
jitlob u jghid: ‘Missier, jekk inti trid, warrab minni dan
il-kalci!” (Lq 22:41). Kemm hi haga sabiha, gheziez huti, jekk kull
darba li ninzlu gharkopptejna, naghmlu hekk flimkien ma’ Gesù
fil-Getsemani. U ghalhekk dil-haga ggeghelna naghmlu dan il-gest
bl-imhabba u kif ghandu jsir. Izda kemm naraw nies li jgiblek hniena
l-mod kif joqoghdu gharkopptejhom, ikunu qishom qeghdin izappu jew
sa jaqghu, u ma jidhirx li hu sinjal ta’ rispett u qima lil Alla.
Meta persuna, minhabba sahhitha, ma tkunx tista’ tinzel
gharkopptejha, bizzejjed tbaxxi kemm kemm rasha, bil-mod u kif
jixraq.
Il-Knisja, mal-mixja taz-zmien, dejjem hadet hsieb ittejjeb
il-liturgija, hija u tistudja l-waqtiet differenti taghha u tabbina
certi gesti, caqliq u pozizzjonijiet tal-gisem biex jidher ahjar
il-misteru, filwaqt li rrikmandat lill-poplu u lis-sacerdot li
jaghmlu dawn il-gesti huma u jiccelebraw l-Ewkaristija. Ghalhekk
jekk il-Knisja tissuggerixxi li waqt il-qari tal-Vangelu nqumu
bilwieqfa, li hu sinjal ta’ rispett u ta’ prontezza, ahna ghandna
niehdu das-suggeriment tal-Knisja biex nghixu ahjar dak il-waqt; u
jekk fil-konsagrazzjoni tghidilna ninzlu gharkopptejna, li hu sinjal
ta’ qima, ma ghandniex nibqghu bilqieghda ghax hekk inkunu aktar
komdi. Dan jiswa ghall-gesti kollha li naghmlu fil-Quddiesa. Ghax
kollox ghandu t-tifsira tieghu, ghal kollox hemm raguni, u kollox
ghandu s-sbuhija tieghu. Dak kollu li naghmlu u nghidu hu okkazjoni
gdida biex niltaqghu mal-Mulej.
Dalia Kandalaft OCV |