Gesù dar il-Galilija kollha jghallem fis-sinagogi taghhom, ixandar l-Evangelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dghufija fost il-poplu.
 

Gesti u caqliq maghmulin flimkien

Wara li fhimna li sehemna fic-celebrazzjoni Ewkaristika ghandna naghtuh kemm bir-ruh u kemm bil-gisem, u li kull caqliqa tal-gisem ghandha ssir sewwa, illum sa nitkellmu fuq aspett iehor. Billi ahna komunità li titlob u mhux individwi, dawn il-gesti u c-caqliq ikunu isbah jekk naghmluhom flimkien.

Anki zifna tidher kerha jekk kull zeffien, bravu kemm hu bravu, ma jkunx jaqbel fit-tahrik tieghu mal-muzika maz-zeffiena l-ohrajn. Imma kemm niehdu gost naraw grupp ta’ zeffiena jitharrku fl-istess hin ilkoll flimkien bl-istess ritmu u passjoni!

Fil-liturgija l-ispazju u z-zmien huma mahkumin mir-regola tal-ordni. Il-liturgija min-natura taghha titlob l-ordni. Is-sbuhija tal-liturgija hija wkoll il-frott tal-ordni li jahkem diversi realtajiet: iz-zmien, l-ispazju, il-gesti u c-caqliq, ir-relazzjonijiet mal-ohrajn. Il-liturgija titlob ukoll l-ordni fina nfusna.

Mela, gheziez huti, din mhijiex kustjoni ta’ gosti jew ta’ kumdità personali: ma naghmlux biss dak li joghgobna fil-mument li joghgobna. Imma hi kustjoni ta’ ORDNI; kollox ghandu hinu u kollox ghandu tifsira.

Il-liturgija li niccelebraw hija spazju moghti lil Kristu jew merfugh ghalina stess? Iz-zmien mahtur ghal-liturgija huwa zmien li fih Kristu jirrakkontalna hajtu, jew zmien li fih nirrakkontaw hajjitna, jew semplicement zmien mitluf? Il-liturgija li niccelebraw barra minn ritwal hi wkoll ghajn ta’ ordni ghar-relazzjonijiet taghna mal-ohrajn? Hi ghajn ta’ ordni go fina stess? Dawn huma mistoqsijiet fundamentali biex nifhmu li biex nghixu bl-aqwa mod il-liturgija ghandna nibqghu fl-ordni li din titlob.

X’ifisser dan kollu fil-prattika? Dan ifisser li m’iniex jien is-suggett tac-celebrazzjoni Ewkaristika, ma ghandix nirrakkonta lili nnifsi, u ghalhakk kull talba tieghi u kull caqliqa tieghi jiddependu minn kif inhossni jien li rrid naghmilhom, fil-hin li rrid jien u meta jien ikunu komdu. Is-suggett tal-Quddiesa huwa Kristu, li hu prezenti fil-komunità maghquda fit-talb: “Fejn tnejn jew tlieta jkunu maghqudin f’ismi hemm inkun jien f’nofshom” (Mt 18:20). Dan ifisser li hi l-komunità li titlob, li tkanta; hi l-komunità li tqum bilwieqfa; hi l-komunità li toqghod bilqieghda biex tisma’; hi l-komunità li tinzel gharkopptejha biex tqim; hi l-komunità li tghix dal-mument qaddis flimkien; u fil-komunità hemm Kristu li jitlob fina, Kristu li jkanta, Kristu li jqum bilwieqfa... hu Kristu li jghix fina, maghna u fostna.

Jekk isehhilna nghixu kull waqt tal-liturgija b’dan l-ispirtu, mhux biss naghtu lil Alla wirja sabiha ta’ mhabba, imma wkoll fuq kollox ic-celebrazzjoni ssir taghna u ngawdu kull sekonda taghha, filwaqt li naghtu sens lil dak kollu li naghmlu u nghidu. Imbaghad il-Quddiesa ssir waqt ta’ ferh li nghixuh u naqsmuh flimkien ma’ dawk li ghadhom barra.
 

Il-liturgija ssir sabiha hafna u s-sbuhija taghha titnissel mill-ordni li hi jsehhilha tohloq fina, fir-relazzjonijiet taghna ma’ hutna; huwa l-ordni li hi jsehhilha tohloq fir-relazzjoni personali taghna ma’ Alla

 

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn