Ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Gesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja.
 

Niehdu sehem

Fl-artikli ta’ qabel tkellimna fit-tul fuq l-importanza tas-sehem li niehdu fic-celebrazzjoni Ewkaristika, fil-gisem u firru h, b’danakollu l-Knisja tinsisti hafna fuq il-fatt li l-poplu ta’ Alla ghandu jiehu sehem attiv fil-liturgija; izda x’nifhmu meta nghidu niehdu sehem?

Fi kliem iehor dan ifisser “niehdu parti” jew “nippartecipaw” f’xi attività jew f’xi grajja. Imma fil-liturgija dan x’ifisser? Kif sa naghmlu biex niehdu sehem attiv u mhux nibqghu spettaturi passivi?

Biex is-sehem li niehdu fic-celebrazzjoni jkun attiv u effikaci, jehtieg li nbiddlu l-attaggament taghna. Dan jitlob minn kull wiehed u wahda minna li “nidhlu” fl-azzjoni b’disponibbiltà shiha, li mhux biss trid issib il-fidi, imma wkoll lil din tattwaha. Nidhlu fl-azzjoni b’disponibbiltà jfisser niddisponu ruhna biex nghixu minnufih l-azzjoni tal-gisem li jiccelebra l-espressjoni u ngibu fis-sehh ir-rabta tal-fidi, bla ma nfittxuha jew inhalluha ghal band’ohra. Qed nithaddtu dwar l-gharfien tal-valur tal-azzjoni liturgika (kif tathielna t-tradizzjoni tal-Knisja) u kif ghandna nhalluha tmexxina, bhallikieku ncedu ghall-gisem li jaghmilha. Dan mhuwiex biss il-frott ta’ ragunament intellettwali applikat ghall-gisem, imma jitlob is-sehem shih tal-persuna. Inhallu l-liturgija tmexxina lejn il-laqgha ma’ Alla, bla ma nqieghdu xejn minn taghna.

Izda rit li tieghu ma tkunx taf it-tifsira u s-simbolizmu tista’ tapprezzah taht certi aspetti formali li jidhru minn barra, imma qatt ma jsehhlek tifhem it-tifsira l-aktar intima u profonda tieghu. Nghidu ahna, ghat-turista z-zifna taxxita li jaghmlu l-indigeni tal-Amerika ta’ fuq hija biss spettaklu, izda ghalihom dan hu fatt vitali, parti mill-kultura, mill-ezistenza tieghhom, parti minnhom. Mela haga tassisti bhala spettatur, u hag’ohra tiehu sehem bhala membru ta’ komunità li tghix il-fidi taghha.

Ghal partecipazzjoni vera, attiva u profonda jehtieg:
1. Gharfien u familjaretà mas-simbologija tal-liturgija.
2. Imhabba bla timiti ghal Alla u ghall-proxxmu li ggaghalna ninghataw ghal kollox.
3. Xewqa kbira u disponibbiltà tal-qalb u l-mohh ghall-konverzjoni.
4. Sens qawwi ta’ komunità fejn il-fidili jsiru sinjal ghal xulxin tal-prezenza ta’ Alla li jsalva; l-ilhna jinghaqdu u jwieznu lil xulxin.

Fil-prattika dan ifisser:
1. Thejjija fizika, mentali u spiritwali ghall-Quddiesa.
2. Naslu l-knisja ftit tal-hin qabel ic-helebrazzjoni biex nidhlu fil-prezenza ta’ Alla.
3. Nidhlu fis-skiet tal-qalb u l-mohh biex naghtu spazju lil Alla li jkellimna fi qlubna.
4. Nizaw gisimna kollu biex nghixu bis-shih il-liturgija.
5. Naghrfu nwiegbu, inzommu s-skiet, nisimghu, inqimu, nindmu, ecc... skont iz-zminijiet liturgici.
6. U fl-ahhar nett naghmlu kollox bil-fidi, bit-tama u b’hafna mhabba.

Naghlaq bir-rikmandazzjoni tal-Koncilju Vatikan II ghal sehem xieraq, shih, attiv u tabilhaqq komunitarju fic-celebrazzjoni Ewkaristika. 

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn