|
Illum il-Hadd
Nibdew minn xhin nistenbhu filghodu u nafu li
llum il-Hadd. Dan hu l-jum li fih il-Mulej Gesł Kristu gheleb
il-mewt bil-qawmien tieghu mill-imwiet. Huwa jum li t-tokk tieghu hu
c-celebrazzjoni tas-sagrificcju ta’ Gesł fuq is-salib. Izda l-isbah
haga hi li din ic-celebrazzjoni ma ssirx biss fil-knisja tar-rahal
ckejken taghna, imma ssir madwar id-dinja kollha kull fejn hemm
l-Insara. Hija ssir b’ilsna diversi, f’waqtiet diversi, b’kant u
drawwiet diversi. Hu importanti hafna li nahsbu u nirriflettu fuq
kif il-Quddiesa ckejkna taghna tal-Hadd taghmel sehem minn dinja
kbira bla tarf. Tkun haga sabiha ma jinghalqux fid-dinja ckejkna
taghna, u nhossuna parti mid-dinja, parti minn dan il-kobor
universali tal-Knisja. Imbaghad kollox jiehu tifsira tajba u
differenti.
Dan hu ghalina bhas-seba’ jum li fih Alla, wara
li halaq id-dinja u l-bniedem, strah.
Izda huwa wkoll l-ewwel wiehed
tal-gimgha – bidu gdid mal-Mulej irxuxtat. Huwa l-jum li fih
inserrhu gisimna wara gimgha xoghol, izda huwa l-jum iddedikat l-aktar
lill-mistrieh tar-ruh, li fih l-ispirtu jistrieh biss fil-qalb ta’
Alla. Jekk ahna nfittxu li nistriehu fizikament, inhossu l-htiega li
nistriehu wkoll spiritwalment?
Jista’ jkun li din il-htiega ma naghrfuhiex ghax ma
nhossux is-sintomi taghha. Meta l-gisem jeghja, is-sintomi
nhossuhom: ugigh fid-dahar, ugigh ta’ ras, muskoli ibsin, saqajn
minfuhin, u l-bqija. Izda meta teghja r-ruh kif inhossuna? Imdejqin,
ghazzenin, mghaddbin, horox, ghajjurin, ibsin fi qlubna, ma nahfrux,
ma nitbissmux, ma nhobbux, ma nghinux, ma jkollniex hila naghtu u
ninghataw, u l-bqija. Kemm-il darba hassejniehom dawn il-hwejjeg u
bosta ohrajn bhalhom u ma nkunx nafu ghaliex? Ruhna tkun ghajjiena u
tkun tehtieg il-mistrieh. Tkun tehtieg ’l Alla. Izda dan il-mistrieh
ma niksbuhx billi biss immorru l-knisja u nisimghu l-Quddiesa u
mbaghad nibqghu ghaddejjin qisu ma gara xejn! Hemm tahrig tal-mohh u
tal-gisem li jhejjina ghal-laqgha ma’ Alla. Hija laqgha vera, reali,
li fiha Gesł jigi kull darba biex jiltaqa’ maghna ghax huwa Alla li
jzomm kelmtu.
Mela x’inhu l-ewwel hsieb li jigina f’mohhna
nhar ta’ Hadd? Irridu mmorru l-Quddies! Imbaghad inkunu nistghu
naghmlu li rridu: immorru nieklu barra, immorru passiggata, fis-sajf
immorru nghumu, immorru ghand il-hbieb, jew semplicement noqoghdu
d-dar naraw it-televizjoni u nilaghbu mat-tfal... u hwejjeg bhal
dawn. Il-Quddiesa tidher – u hekk hi tabilhaqq – attivitą wahda fost
il-hafna li rridu naghmlu f’jum il-mistrieh, fil-jum iddedikat biss
ghal Alla u ghat-talb, fil-jum li fih il-gisem u r-ruh jistiriehu.
Anzi hija attivitą li narawha bhala obbligu, u mhux bhala pjacir
bhalma naraw l-attivitajiet l-ohra. Immorru l-Quddies, ghax jekk ma
mmorrux naghmlu dnub, jew ghax b’hekk inkunu hlisna mid-dmir taghna
lejn Alla, u ghalhekk Alla ma jikkastiganiex b’xi dizgrazzja jew
marda. Izda nahsbu tabilhaqq li jekk immorru l-knisja, hemm
niltaqghu ma’ Alla?
Dan hu Alla li halaqna! Huwa Sid is-smewwiet u l-art!
Huwa l-Mulej li b’kelma wahda jew biss bi hsieb ghandu s-setgha
jbiddlilna l-ezistenza taghna!
Mela ejjew nibdew jum il-Hadd bi hsieb wiehed:
dak li mmorru niltaqghu mal-Mulej. Hija xewqa li tinbet f’qalbna u
f’mohhna u mhijiex biss xewqa li tigi mis-sens ta’ dmir li nhossu
fina. Ghalhekk ejjew nibdew inhossu l-pjacir li nistghu nqattghu
siegha shiha mieghu biss, u jista’ jkun li wara ftit dis-siegha ssir
tnejn jew tlieta jew jum shih jew hajjitna kollha. Il-gimgha fiha
168 siegha, ikun wisq jekk minn dawn nahtru siegha wahda ghal Alla
wahdu?
Dalia Kandalaft OCV |