|
Skont il-bidu, it-tmiem
Nahseb li issa ninsabu mhejjija tajjeb u lesti biex
nibdew din l-esperjenza tal-ghageb li fiha niltaqghu b’mod intimu u
wicc imb wicc mal-Mulej.
Sa nibda minn dan l-artiklu biex nittratta xi waqtiet
sinifikattivi tac-celebrazzjoni Ewkaristika. Dan ma jfissirx li
l-ohrajn mhumiex, izda minhabba nuqqas ta’ spazju u ta’ hin sa
naghzel xi punti li nemmen li ghandna nieqfu fuqhom
U liema bidu hu ahjar mir-radd tas-salib?
Kif ghidna fl-artikli ta’ qabel, dan hu s-sinjal
tal-fidi taghna, tal-ezistenza taghna, tal-imhabba bla tarf li Alla
ghandu ghalina. U ghalhekk, ejjew irrodduh tajjeb, bil-mod, ahna u
nitolbu bil-kliem u bil-gesti l-grazzja ta’ Alla li tinzel
mill-gholi u tixtered fost il-bnedmin. Kollox jibda minn hawn; skont
il-bidu, it-tmiem. Huwa l-ewwel u l-ahhar gest tal-liturgija
tal-Quddiesa. Kollox jibda u jintemm bis-salib. Is-salib huwa
l-misteru tassalvazzjoni taghna. Hu Alla li qataghha, mimli
b’imhabba tal-ghageb ghall-bniedem, li jgib fit-tmiem is-sagrificcji
kollha u jaghmel minnu nnifsu s-sagrificcju assolut.
Ir-radd tas-salib huwa stqarrija, u fl-istess hin,
talba. Bis-sinjal tas-salib nistqarru li l-mewt kienet mirbuha
bil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu. Ghalhekk is-salib mhuwiex sinjal ta’
mewt imma ta’ hajja ghax jghaqqad tabilhaqq lill-fidili mal-ghajn
tal-hajja nfisha. Is-sinjal tas-salib huwa wkoll talba li biha
nitolbu li niehdu sehem minn issa f’dik il-hajja mibdula tal-qawmien
ta’ Kristu – hajja li ma ghandhiex tmiem. “
Ejjew, mela, ma nisthux mis-salib ta’ Kristu, izda
b’misteru iehor, jekk naghmlu dan is-sinjal fuq gbinna bil-miftuh,
ix-xjaten jaharbu mbezzghin quddiem dan is-sinjal irjali. Ejjew,
mela, naghmlu dan is-sinjal meta nieklu u nixorbu, meta noqoghdu
bilqieghda u nistriehu, meta nitharrku, nitkellmu u nimxu; f’kelma
wahda, naghmluh f’kull okkazjoni biex inhossu l-prezenza ta’ dak li
fuq l-art kien imsallab u issa jinsab fis-smewwiet” (San Cirillu ta’
Gerusalemm, 315-86, catech. IV. n. 14).
“Bis-sinjal tas-salib ikun ikkonsagrat il-Gisem
tal-Mulej, titqaddes l-ghajn tal-maghmudija, ikunu ordnati s-sacerdoti
u l-ministri l-ohrajn, f’kelma wahda jkun ikkonsagrat dak kollu li
bis-sejha tal-isem ta’ Kristu ghandu jsir qaddis” (Santu Wistin,
Serm. 181, de Tempore).
Filghodu kif tiftah ghajnejk, rodd is-salib; iksi
gismek bis-sinjal ta’ Gesł, biex jibqa’ mieghek u jharsek tul il-jum
kollu. Hekk ukoll filghaxija qabel taghlaq ghajnejk, l-ahhar haga li
taghmel tkun ir-radd tas-salib, filwaqt li tghid: “F’idejk, Mulej,
jien nerhi ruhi.”
Bis-sinjal tas-salib fil-bidu tal-Quddiesa, ahna
nghidu lil Alla li ninsabu lesti li nidhlu fil-misteru tat-Trinitą
Qaddisa, ninsabu lesti li noqoghdu f’rigel is-salib ta’ Gesł ma’
Marija, ninsabu lesti li nghixu sal-ahhar il-misteru tal-Ewkaristija,
ninsabu lesti li naghmlu parti minn din il-komunitą migbura
ghat-talb, ninsabu lesti li nisimghu u nghixu l-Kelma tieghu... u
fl-ahhar nett nghidu lil Alla li ninsabu lesti li mmutu mieghu fuq
is-salib biex ikun jisthoqqilna nidhlu mieghu fil-hajja ta’ dejjem.
U b’hekk is-sinjal tas-salib isir bidu li jibqa’ maghna sat-tmiem.
Dalia Kandalaft OCV |