Missier, il-kelma tieghek hi l-verità, qaddishom permezz tal-verità
 

Quddiem Alla bla maskri

“Qal ukoll din il-parabbola: Zewgt irgiel telghu lejn it-tempju biex jitolbu: wiehed kien Farizew, l-iehor Pubblikan. Il-Farizew, wieqaf, talab hekk bejnu u bejn ruhu: ‘O Alla, irroddlok hajr li m’iniex bhall-bnedmin l-ohra. Jiena nsum darbtejn fil-gimgha u nhallas l-ghexur fuq kulma ghandi.’ Il-Pubblikan, izda, waqaf fil-boghod, ma azzardax jgholli ghajnejh lejn is-sema, imma beda jhabbat fuq sidru u jghid: ‘O Alla, ikollok hniena minni ghax jiena midneb.’ Tassew nghidilkom li dan rega’ lejn daru ggustifikat, mhux bhall-iehor, ghax min jitgholla jitbaxxa u min jitbaxxa jitgholla” (ara Lq 18: 9-14).

Fil-waqt li fih nibdew il-laqgha taghna mal-Mulej il-liturgija dlonk tfakkarna min tassew ahna u ggeghelna nnehhu kull maskra u kull prezunzjoni. Ma jistax ikollna rapport tajjeb ma’ Alla jekk ninsew id-daghbien kbir li jezisti bejnietna: ahna hlejjaq ckejknin nehtiegu s-salvazzjoni, u hu l-Hallieq li jhobbna u jsalvana. Meta nkunu quddiem il-Mulej hemm atteggament ahjar minn dak li bih naghrfu kemm ahna dghajfin u midinbin? Jehtieg li niftakru fl-imperfezzjoni taghna, fil-medjokrità, fil-htiega kbira li ghandna li nsalvaw; jew biex nghiduha fi kliem iehor, niftakru fin-natura taghna ta’ midinbin li ghandna dejjem bzonn ta’ mahfra u fidwa.

L-Att Penitenzjali jfakkarna, jekk fil-kaz ninsew, li ahna ma ninsabux fuq l-istess pjan ta’ Alla; li anki jekk hu jilqaghna u jinzel fil-livell taghna, dan ma jhassarx il-fatt li hemm differenza kbira hafna bejnna u bejnu. U ghalhekk anki fic-celebrazzjoni Ewkaristika ghandu jitnehha mill-ewwel dak is-sentiment karatteristiku tad-dnub tan-nisel li bih nahsbu li nistghu nkunu daqs Alla. Qabel ma noffru lil Alla l-Missier is-sagrificcju ta’ Gesù jehtieg inhejju ruhna bla hjar mod filwaqt li noffru s-sagrificcju tal-qalb niedma: “Is-sagrificcju tieghi, o Alla, hu l-qalb niedma; qalb maqsuma u soghbiena ma twarrabhiex, o Alla” (S 50: 19).

L-att penitenzjali hu mqassam f’erba’ waqtiet: 1) l-istedina ghall-indiema; 2) waqfa qasira ta’ skiet; 3) l-indiema mfissra bl-istqarrija generali; 4) l-assoluzzjoni tal-ministru li jippresedi. Huwa waqt ta’ stqarrija vera, u ghalhekk hu fundamentali hafna li naghtu lil kull waqt minn dawn l-importanza tieghu biex l-istqarrija tkun effikaci u toghgob lil Alla. Ovvjament ir-rit penitenzjali jahfer id-dnubiet li mhumiex ta’ materja gravi li biex nersqu ghall-misteri qaddisa nkunu mehtiega l-mahfra sagramentali fil-qrar.

“Jehtieg ukoll jithares f’waqtu s-skiet imqaddes, bhala parti mic-celebrazzjoni. In-natura tieghu tiddependi mill-waqt li fih isir f’kull celebrazzjoni. B’dan il-mod, fl-att penitenzjali u wara l-istedina ghat-talb, is-skiet jghin biex tinzamm il-gabra” (Principji u normi ghall-uzu tal-Missal Ruman, 23). Ninqdew ghalhekk bis-skiet biex naghmlu veru ezami talkuxjenza u nindmu tabilhaqq minn dnubietna kollha li bihom offendejna l-Qalb mimlija mhabba ta’ Alla. Hekk ukoll it-tahbit fuq is-sider b’xi mod juri minn barra li dak li qed isir ma jinteressax biss lil Alla u lin-Nisrani wahdu, izda huwa stqarrija pubblika u komunitarja tal-qaghda taghna bhala midinbin.

Mhijiex haga sabiha dik li meta nkunu fid-dar ta’ Alla niehdu l-atteggament tal-Pubblikan tal-parabbola, ahna u nhabbtu fuq sidirna filwaqt li nistqarru d-dghufija taghna, u nnehhu l-maskri kollha?

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn