|
Ix-xandir u s-smigh
tal-Kelma (I)
Iz-zewg taqsimiet l-aktar importanti tal-Quddiesa
huma l-liturgija tal-Kelma u l-liturgija tal-Ewkaristija, jew
il-mejda tal-Kelma u dik tal-Ewkaristija. Ahna nieklu l-Ewkaristija
u din issir bicca minna, hekk ukoll il-Kelma tidhol fina u ssib l-ghamara
taghha f’qalbna. Nafu u nemmnu shih li l-Iskrittura hija l-Kelma ta’
Alla, li kitibha hu stess u nebbahha lill-kittieba mqaddsa permezz
tal-Ispirtu s-Santu.
Din il-Kelma turina li hi effikaci, ghax ma tergax
lura lejn Alla bla ma taghti l-frott, “bla ma taghti z-zerriegha lil
min jizra’ u bla ma ssaqqi l-art u ggeghelha tnibbet.”
Il-kliem “Isma’ Israel” jiswa ghal kull parti
tal-Iskrittura u ghall-ktieb kollu, ghax permezz tal-Iskrittura
nistghu nitkellmu direttament ma’ Alla u nisimghuh. Hadd, ghalhekk,
ma jista’ jichad l-istedina tal-Mulej biex naqraw il-Kelma tieghu,
imbaghad jghid li ma jifhimhiex, ghaliex l-Iskrittura ntweriet
“liz-zghar u lill-boloh u mhux lill-ghorrief u ’l dawk moghnijin
bid-dehen.”
Hemm htiega kbira ghall-imhabba f’kull wiehed minna,
li sikwit inkunu prigunieri tas-solitudni taghna. Huwa l-bzonn ta’
Kelma li taghti l-hajja, li teghleb il-bizghat taghna u ggeghelna
nhossuna mahbubin. Il-profeta Ghamos ifisser din il-qaghda tajjeb
hafna: “Ara, ghad jigi zmien, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, meta
nibghat il-guh fl-art; mhux guh tal-hobz, lanqas l-ghatx ghall-ilma,
izda ghas-smigh tal-kelma tal-Mulej” (8:11). U Santu Wistin, li
dik il-Kelma laqaghha u biha ta sens lil hajtu kollha, hekk ifisser
it-twegiba ta’ Alla l-haj ghall-htiega taghna: “Minn dik il-belt
Missierna baghtilna xi ittri, baghtilna l-Iskrittura li biha xeghel
go fina x-xewqa li nergghu lejn id-dar” (Kumment ghal Salm 64:
2-3).
Jekk naslu biex nifhmu – bhalma fehmu tant fidili
tal-bierah, tal-lum u ta’ dejjem – li l-Bibbja hija l-“Ittra ta’
Alla”, li titkellem ma’ qlubna, ahna nersqu lejha bit-treghid u
bix-xewqa li biha namrat jaqra l-ittri tal-mahbuba. Alla, li
f’imhabbtu huwa Missier u Omm, ikellem lil kull wiehed minna, u
s-smigh fidil, intelligenti u umli ta’ dak li jghidilna, bil-mod
il-mod jaqtghalna l-ghatx ghad-dawl u ghall-imhabba. Meta nitghallmu
nisimghu lehen Alla li jitkellem fl-Isrittura Mqaddsa, inkunu qed
jitghallmu nhobbu.
Ghalhekk is-smigh tal-Iskrittura huwa smigh li jehles
u jsalva.
Dalia Kandalaft OCV |