Bin il-bniedem, ma giex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jaghti hajtu b’fidwa ghall-kotra.
 

Ix-xandir u s-smigh tal-Kelma (II)

Gheziez huti, mhux bizzejjed nitkellmu fuq l-importanza tal-Iskrittura Mqaddsa ghall-hajja ta’ min jemmen u ghall-esperjenza tieghu meta jiltaqa’ wicc imb wicc ma’ Alla li l-ewwel juri ruhu lill-poplu l-maghzul ta’ Israel, imbaghad f’Gesł Kristu, il-Kelma li saret bniedem. Ghax Alla biss seta’ jikser is-skiet tas-sema u tal-qalb: hu biss seta’ jghidilna kliem ta’ mhabba. Alla jitkellem u jikkomunika mal-bnedmin permezz ta’ grajjiet u kliem marbutin sfiq flimkien. Dawn il-kelmiet tnizzlu bil-kitba bit-tnebbih tal-Ispirtu s-Santu u ffurmaw il-Kelma ta’ Alla li libset il-libsa ta’ kliem il-bnedmin.

Izda hu wkoll importanti li nishqu fuq kif ahna li nemmnu nilqghu din il-Kelma biex issir ikel tar-ruh u punt ta’ riferiment ghal hajjitna ta’ kuljum. B’xorti hazina, il-Liturgija tal-Kelma ghal hafna hija komda ghax matulha jistghu joqoghdu bilqieghda, u aktar mas-siltiet ikunu twal aktar ikunu kuntenti. U jekk xi hadd fi tmiem il-Quddiesa jistaqsihom minn liema kotba kienu s-siltiet jew x’kien il-messagg taghhom ma jkunux jistghu jwiegbu.

Hawn jehtieg nghidu li jekk irridu nghixu l-Iskrittura b’mod profond jehtieg li nkunu midhla tal-Kelma. Ghalhekk min irid jiltaqa’ tabilhaqq mal-Mulej ma jikkuntentax biss b’dak li jinqara fil-Quddiesa, imma imur iqalleb l-Iskrittura kuljum biex jaqra, jimmedita, jirrifletti u jitlob. Mill-esperjenza tieghi personali nghidilkom li l-isbah talb hu dak li jsir bl-istess kliem ta’ Alla: il-kliem tal-Iskrittura Mqaddsa.

Hawn nixtieq nghid kelma lill-qarrejja tal-Kelma ta’ Alla: ftakru li Alla qieghed jinqeda b’fommkom biex ixandar is-salvazzjoni tieghu. Inzommu f’mohhna li l-Kelma ma tinqarax imma tixxandar. Mela gisimkom, lehinkom, imma fuq kollox qalbkom iridu jkunu f’idejn il-Mulej. Ma jiswiex kemm taqraw tajjeb, imma kemm tqieghdu mhabba intom u xxandru Kelmet Alla. Ahsbu ftit x’gieh kbir hu dan taghkom li xxandru l-Kelma, dik l-istess Kelma li tant profeti, appostli u qaddisin u sahansitra Gesł nnifsu qrawha u kienet ghalihom ikel spiritwali ta’ kuljum.

Fl-ahhar nett, min ihobb il-Kelma, jaf kemm hu mehtieg is-skiet, gewwieni u barrani, biex jismaghha sewwa, u biex dawlha jhallih jinbidel permezz tat-talb, tar-riflessjoni u l-gharfien, fis-skiet u fid-dawl tal-Iskrittura, u jitghallem jara s-sinjali ta’ Alla u jhares lejn il-problemi fil-pjan tas-salvazzjoni li tixhidlu l-Iskrittura. Izda s-skiet mehtieg fis-smigh ma jfissirx li ghandna noqoghdu kwieti u ma nghidu xejn, imma huwa espressjoni ta’ mhabba li tisboq kull kelma. L-imhabba biss tista’ tinfetah ghall-gharfien tal-Mahbub, bhalma gara fil-kaz tad-dixxiplu li serrah rasu fuq sider il-Mulej fl-Ahhar Cena. Ahna wkoll ghandna nqieghdu rasna fuq qalb Kristu u nisimghu kliemu, filwaqt li nhalluh ikellem lil qlubna biex dawn jitkebbsu bl-imhabba tieghu.

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn