Ejjew ghandi, intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin, u jiena nserrahkom, jghid il-Mulej.
 

Stqarrija tal-fidi

Wara l-qari tal-Iskrittura Mqaddsa u l-omelija tas-sacerdot jasal waqt importanti iehor ghall-gemgha tal-fidili: il-Kredu jew kif jissejjah ukoll l-istqarrija jew professjoni tal-fidi. Ghal hafna hu waqt ta’ ftit importanza; tant hu hekk, li kif is-sacerdot jistedinna nqumu bilwieqfa biex nghidu l-Kredu, in-nies jibdew ifittxu l-portafoll u johorgu l-flus mill-borza u jcekckuhom biex imbaghad jixthuthom fil-gabra tal-offertorju. U l-hsejjes tal-flus u t-thaxwix tal-boroz jibqa’ jakkumpanja r-recta tal-Kredu sal-ahhar. Imma l-Kredu huwa l-istqarrija tal-fidi taghna! U naraw nies li qeghdin jistqarru l-fidi taqghhom f’Alla, f’Gesù Kristu, fl-Ispirtu s-Santu u fil-Knisja, filwaqt li fl-istess hin ikunu jfitxxu xi 10 jew 20 centezmu ghall-gbir. Din hi tabilhaqq haga tal-misthija.

L-ewwel nett il-Kredu jehtieg li nkunu nafuh bl-amment, bhat-talba tal-“Missierna”, ghax hu parti fundamentali tal-fidi taghna Kattolika; jehtieg nifhmu kull kelma li nistqarru u fuq kollox meta nghiduh flimkien mal-komunità kollha f’jum il-Mulej nghiduh bis-serjetà u b’attenzjoni kbira.

Niftakru li fl-istorja tal-Knisja, ibda mill-Appostli, hafna hadu l-martirju huma u jistqarru l-fidi taghhom f’Alla u f’Gesù Kristu. Kotran kien id-demm li xtered biex ahna llum nistghu, bla ma jindahlilna hadd, nistqarru li ahna Nsara. Imma b’xorti hazina anki llum ghad fadal nies li dan ma jistghux jaghmluh bil-libertà fil-pubbliku. U ghalhekk ahna ghandna x-xorti li nistghu nistqarru b’lehen gholi l-fidi taghna kull gimgha b’ferh kbir u b’sens ta’ kburija.

Ahna lkoll nafu li l-fidi Nisranija hi haga kbira hafna li thaddan l-ezistenza kollha taghna, u din ma tiddependix biss mir-recta tal-Kredu. Gesù nnifsu jghid b’mod car li lilu ma toghgbux fidi mistqarra biss bil-fomm: Dan il-poplu bix-xufftejn biss jaghtini gieh, imma qalbhom hija ’l boghod minni (Mt 15:8). Mela kif nistghu, barra milli nghidu l-Kredu fil-knisja, inkabbru l-fidi taghna daqs dik tal-mara Kanghanija? Mara, il-fidi tieghek kbira! (Mt 15:28). Hi baqghet titlob u tghajjat bil-fiducja, ghax kienet taf li ebda talba ma tibqa’ mhux mismugha. Xejn ma qatghalha qalbha, il-fiducja f’Gesù ma tigix nieqsa lanqas jekk fil-familja taghha xejn ma jkun sejjer tajjeb. Ghandha d-don tal-perseveranza fit-talb li ma tharisx lejn ir-rizultat, imma lejn l-imhabba u l-fiducja li jiguna meta niltaqghu mal-Mulej. U hawn Gesù jfahhar lil min – bil-logika tad-dinja – hu mirbuh, umli, fqir, sofferenti, dak li jemmen bla ma ra, li ta prova ta’ kuragg minkejja l-mizerja.

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn