Henjin il-foqra fl-ispirtu, ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet
 

Qlub merfugha lejn il-Mulej

Wara l-Kredu u t-talb tal-fidili, tibda l-Liturgija Ewkaristika li fiha s-sacerdot jipprezenta lil Alla l-hobz u linbid, li l-Mulej Gesù riedhom ikunu l-ispeci ta’ gismu u demmu u talabna naghmluh b’tifkira tieghu (ara Lq 22:19). It-Talba Ewkaristika tibda b’dan id-djalogu:
S:
Il-Mulej maghkom.
P:
U mieghek ukoll.
S:
Nerfghu qlubna ’l fuq.
P:
Nerfghuhom lejn il-Mulej.
S:
Nizzu hajr lill-Mulej, Alla taghna.
P:
Hekk sewwa u xieraq.
Dil-parti tal-liturgija dejjem laqtitni u gaghlitni nirrifletti. Qishom kelmiet mixhutin hekk, bla ghan, biex ilpoplu jghid xi haga. Izda dawn huma kelmiet importanti hafna u jinghadu f’hin importanti hafna: Alla li jigi fostna fil-konsagrazzjoni tal-hobz u l-inbid.
Is-sacerdot jistedinna nerfghu qlubna ’l fuq, ghax bl-irfigh ’il fuq ahna mmorru lil hinn mix-xbieha wisq baxxa li din id-dinja ghandha tal-valuri u l-hsibijiet; il-kelma qlubna tfakkarna fil-persuna u c-centru vitali taghha, li huma l-affetti, il-hila li tidhol f’relazzjoni, ix-xewqa li tinhabb u thobb. Dan kollu jrid jintrefa’ ’l fuq lejn Alla. Huwa appell biex nerfghu harsitna ’l fuq u rressqu ruhna u gisimna lejn Alla. Ghax hekk biss nistghu nifhmu, naghtu xhieda u nircievu l-misteru li jkun sa jidher quddiem ghajnejna.
Il-hwejjeg importanti jinsabu fil-gholi. Imma hemm ukoll raguni marbuta mal-fidi, ghax l-aktar esperjenzi importanti, kemm fl-istorja ta’ Israel, kif ukoll fil-mixja li Gesù jmexxi lid-dixxipli, sehhew fuq muntanja: is-Sinaj, it-Tabor, l-Gholja taz-Ûebbug, ecc. Dan ifisser li biex nitolbu jehtieg li nitilghu. Ghax il-hidma u l-inkwiet ta’ kuljum ibeghduna mill-hwejjeg importanti u jigbduna ’l isfel lejn il-hwejjeg tal-art, lejn il-hwejjeg tad-dinja. Minna ha l-ohra, jekk noghlew inkunu aktar miftuhin u aktar qrib lejn Alla. Din mhijiex qrubija spazzjali, imma wahda

ezistenzjali.
L-eremiti u l-irhieb ghadhom sal-lum ifittxu lil Alla f’imkejjen fil-gholi, u jekk naghtu kas, naraw li tista’ tghid li l-monasteri kollha huma mibnijin fil-gholi. B’hekk titfisser ix-xewqa tar-ruh li toghla ’l fuq. Ghaliex ir-ruh trid toqghod fil-gholi, izda l-bniedem bil-bezghat u l-insikurezzi tieghu jigbidha ’l isfel.
Ghall-istedina tas-sacerdot inwiegbu: Nerfghuhom lejn il-Mulej. B’hekk ahna nuru lil Alla li ninsabu lesti li naqtghu dak kollu li jorbotna mal-art u nhallu qlubna jtiru ’l fuq, biex jaslu hdejh. Ghax hekk biss nistghu nhejju ruhna ghal-laqgha mal-Mulej wicc imb wicc fl-Ewkaristija. Kif qed taraw, gheziez huti, kull taqsima tal-liturgija hija mimlija b’tifsiriet sbieh maghzulin bir-reqqa, biex ahna niehdu sehem ahjar fic-celebrazzjoni tas-sagramenti. Ejjew nifhmuh dan!

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn