|
Bil-ghajnejn tal-fidi
Jghid San Gwann fl-Ewwel Ittra tieghu: “Madankollu nafu li meta
jidher hu, ahna nkunu bhalu, ghax narawh
kif inhu” (1 Gw 3: 2b). Dan joqghod tajjeb ghas-suggett tal-lum.
Fil-mixja taghna issa wasalna fl-aqwa punt u l-aktar wiehed mistenni
tac-Celebrazzjoni Ewkaristika: il-konsagrazzjoni tal-hobz u l-inbid.
Huwa l-aktar waqt qaddis li fih il-qassis, bil-hidma tal-Ispirtu s-Santu,
u bil-ministeru tal-Knisja, u mhux bis-setgha tieghu personali,
ibiddel il-hobz u l-inbid fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu.
Ghaliex mela ahna ma nistghux nghixu dan il-waqt kif ghandu jinghax:
bil-qima u d-devozzjoni xierqa? X’inhu jzommna milli nemmnu sa l-ahhar
u ngibu ruhna u nghixu skont dat-twemmin shih?
San Gwann kien l-Appostlu l-mahbub ta’ Gesł. Hu ghex mieghu, kiel
mieghu, rah b’ghajnejh stess, semghu b’widnejh stess, messu b’idejh
stess, b’danakollu qed jghidilna, fi kliem iehor, li ahna l-bnedmin,
midinbin, dghajfin u b’fidi ckejkna, qatt ma ahna sa nkunu kapaci
naraw ’l Alla kif inhu jekk hu nnifsu ma jaghtiniex li narawh wara
mewtna; meta l-imsejken gisem ma jibqaghlu ebda setgha fuq ruhna, u
ahna nsiru bhal Alla. U ghalhekk jekk ahna ma ghandniex hila naraw
fil-hobz u l-inbid, il-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, dan ifisser li ma
ahniex kapaci mmorru lilhinn minn dak li jaraw ghajnejna u jmissu
jdejna.
Meta d-dixxipli ta’ Ghemmaws talbuh jibqa’
maghhom,
Gesł wiegeb talbithom b’rigal wisq aktar kbir: permezz
tal-Ewkaristija ried jibqa’
dejjem
maghhom. Bl-Ewkaristija Gesł zamm kelmtu mad-dixxipli, qabel ma tela’
s-sema: “U ara, jiena maghkom dejjem, sal-ahhar taz-zmien” (Mt 28:
20b). Hu jibaqa’ dejjem fidil anki jekk ahna ma ahniex, hu jibqa’
maghna permezz ta’ hwejjeg materjali bhalma huma l-hobz u l-inbid
anki jekk ahna ma
narawhx jew forsi wkoll ma nemmnux.
Alla jinsab prezenti bil-qawwa kollha tieghu, bl-imhabba kollha
tieghu ghall-bnedmin, jinsab prezenti taht l-ispeci
tal-hobz u l-inbid. Imma gisimna u mohhna huma zghar wisq biex
jghinuna nhossu u ngawdu dan il-waqt daqshekk qaddis. Hu bhal dak li
qatta’ hajtu kollha minghalih li qed jara, imma mbaghad b’daqqa
wahda jilbes
nuccali u jibda jara d-dettalji kollha b’carezza kbira. Fl-ahhar
jibda jara l-gmiel veru, ir-realtą vera.
Ghalhekk, gheziez huti, biss bil-ghajnejn tal-fidi jsehhilna naraw,
intieghmu u nhossu l-prezenza ta’ Alla meta l-qassis jghid
il-kelmiet tal-konsagrazzjoni, u f’dik l-ostja bajda jibda jidher
il-wicc hanin ta’ Alla.
Dalia Kandalaft OCV |