Imbierek min gej f’isem il-Mulej! Imbierka s-Saltna ta’ David missierna li gejja!
 

Ammen

Issa wasal il-waqt tal-laqgha. Il-waqt li fih nilqghu lil Gesù fina. Il-Quddiesa kollha ma kienet xejn hlief thejjija tajba ghal dan il-waqt. Nehhejna l-maskri taghna, filwaqt li stqarrejna li ahna bnedmin dghajfa u midinbin u nehtiegu l-hniena ta’ Alla; smajna l-Kelma bid-dehwa biex biha nissahhu spiritwalment; tlabna u kantajna biex infahhru lill-Mulej u tlabna l-grazzja li jkun jisthoqqilna nircevuh fi qlubna u f’hajjietna. Issa wasal il-waqt li nqumu fuq saqajna u nimxu lejn Gesù li jrid jaghtina r-rigal ta’ Gismu u Demmu, filwaqt li nghidu b’fommna u b’qalbna: “Mulej, ma jisthoqqlix li tidhol taht is-saqaf tieghi, izda ghid kelma wahda u jiena nsalva... Mulej, ma jisthoqqlix niehu sehem mill-mejda tieghek, izda ghid biss kelma u jiena nsalva...” Meta naslu quddiem is-sacerdot, hu jghidilna: “Il-Gisem ta’ Kristu.” Ahna nwiegbu: “Ammen.” Ma nghidux “grazzi” jew “iva” jew xi kelma ohra, izda nghidu biss ’konvinzjoni: “AMMEN” li tfisser jiena nemmen. Hi stqarrija ta’ fidi fl-Ewkaristija mehtiega qabel ma nircevuha.Ammen...

- hekk hu; nemmen fik, Mulej, li tinsab mohbi fil-hobz u l-inbid, izda ghinni fin-nuqqas ta’ fidi tieghi!
- stampa f’qalbi, Mulej, sentimenti ta’ fidi, ta’ tama u ta’ mhabba!
- inhobbok, Mulej, fuq kull haga ohra u nixtieqek f’ruhi!
- ibdilni fik, Mulej, int li issa sirt parti minni!
- aghmel, Mulej, li nkun xhud ta’ mhabbtek quddiem kulhadd!
- aghmel, Mulej, li qatt aktar ma noffendik bid-dnub!
- qaddisni u aghtini l-hajja bir-rieda tieghek!
- irrid inhobbok fiz-zghar u fin-nies fil-bzonn!
- irrid inkun l-ahhar bhalma kont int!
- irrid inhaddan salibek filwaqt li nilqa’ tieghi!
- irrid li qalbi tkun tabernaklu haj bik fiha!
- aghmel li nara wiccek fl-eternità
!

Meta nghidu “AMMEN” quddiem Gesù fl-Ewkaristija, inkunu nfissru dan kollu u aktar. Mela naghrfu x’ahna nghidu u nghixu skont dak li nghidu.

L-ahhar kelma tmur ghas-sacerdoti li ghandhom f’idejhom responsabbiltà u gieh mill-aktar kbar. Nitlob lill-Mulej li kull sacerdot jemmen bil-qawwa fl-Ewkaristija, li jkun il-mahbub ta’ Gesù sagramentat sal-mewt, ghax b’hekk

biss jista’ tabilhaqq ikun missier u wiehed mill-ahwa, mghallem u mexxej, farrag u feddej tal-erwieh. Ghad-dell tat-Tabernaklu biss jista’ jkun kif iridu l-poplu ta’ Alla: dawl li jdawwal, melh li jbieghed it-tahsir, nar li jghaqqad lill-bnedmin midinbin ma’ Alla tal-hniena u l-art mas-sema. Ammen.

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn