|
L-ilbies
tat-tieg
Fil-Vangelu naqraw il-parabbola tal-festa tat-tieg,
li fiha Gesł jsemmi ragel li tkecca ’l barra mill-festa ghax ma
kienx liebes xieraq ghall-okkazjoni (ara Mt 22: 11). Hija taghlima
kbira ghalina lkoll u jehtieg li nahsbu fuqha. Jista’ il-Mulej
ikeccina mill-festa tieghu tas-sema jekk ma nkunux libsin l-ilbies
adatt? L-ilbies adatt hawn huwa dak li nilbsu f’qalbna, imma dan
mhux qasam tieghi biex nithaddet fuqu. Ghalissa, la ghadna f’din
il-hajja, nixtieq nitkellem fuq il-libsa taghna tat-tieg li biha sa
nipprezentaw ruhna nhar ta’ Hadd meta mmorru l-knisja ghall-Quddies.
Kif qed taraw sa minn zmien Gesł, aktar minn elfejn
sena ilu, imma nahseb li d-drawwa hija wisq aktar qadima, kien hemm
tip ta’ lbies ghal kull post u kull okkazjoni. Il-haga kienet minn
dejjem – b’modi u drawwiet differenti – imma kienet minn dejjem.
Dejjem kien hemm l-artist li johloq stili differenti ta’ lbies u ta’
drapp, izda dil-haga qatt ma fixklet lin-nies li jhaddmu mohhhom u
jaghzlu l-libsa adatta ghall-waqt adatt. Madankollu, b’xorti hazina,
dan l-ghaqal fil-ghazla tal-ilbies ahna nhaddmuh biss biex
nimpressjonaw lillbnedmin, u ghalhekk nafu naghzlu l-libsa adatta
ghall-waqt adatt. Izda ma’ Alla mhux hekk. Billi ahna ma narawhx
bil-ghajnejn tal-gisem, dan ma jfissirx li Alla ma jezistix, jew li
ghalih kollox jghaddi. U hawn nergghu nigu ghall-punt li semmejna
fl-artiklu ta’ qabel dan: ahna nemmnu tabilhaqq li fil-knisja, waqt
il-Quddiesa, niltaqghu ma’ Alla? Jekk it-twegiba hi “le”, mela xejn
ma jaghmel sens u ghalhekk kull wiehed minna jista’ jilbes li jrid.
Izda jekk it-twegiba hi “iva”, mela hawn ghandi xi haga ohra
x’nghidilkom.
L-ilbies jiddependi mill-gosti personali, kull wiehed
jaghzel il-mudell u l-lewn li joghgbu u li jixraqlu u hekk ghandu
jkun. Izda fil-hajja taghna l-bnedmin hemm xi ligijiet komuni li
jharsu l-misthija u r-rispett tan-nies u tal-post fejn inkunu. Mela
kemm aktar dawn il-ligijiet japplikaw fejn jidhol Alla u t-tempju
mqaddes! L-ghazla tal-ilbies ghandu jkun parti minn dak it-tahrig
mentali li bih nithejjew ghall-Quddies. Kollox jiehu t-tifsira
tieghu mill-fatt li jiena sejjer ilknisja: mhux ghax obbligat, mhux
biex niltaqa’ mal-hbieb, mhux biex indoqq u nkanta, imma ghax
b’qalbi kollha rrid niltaqa’ mal-Mulej. Qalbi tikbes go sidri
bil-hsieb li sa nidher quddiem Alla. Gheziez hbieb, il-Mulej ma jrid
xejn minna jekk mhux li quddiem Missierna ngibu ruhna bil-hlewwa u
l-umiltą bhala wlied. Jghid is-Salmista: “Ghax lilek ma joghgbukx
is-sagrificcji, noffrilek vittmi mahruqa u ma tilqaghhomx... qalb
maqsuma u soghbiena ma twarrabhiex, o Alla” (S 50: 18-19).
B’dan is-sentiment u b’dan il-hsieb f’mohhna naghzlu
l-ilbies li ghandna nilbsu biex nidhru quddiem il-Mulej. Ma jiswa
xejn jekk in-nies tintebahx bil-libsa l-gdida li lbist; ma jiswa
xejn jekk il-libsa hijiex tal-moda jew le; ma jiswa xejn jekk
nilbisx dejjem xi libsa gdida biex in-nies ma jarawnix darbtejn
bl-istess libsa; ma jiswa xejn jekk tkunx iss hana u nperrcu
gisimna; ma jiswa xejn jekk wara l-Quddiesa niltaqax mal-hbieb u
ghalhekk irrid nilbes ilbies adatt ghal fejn sa mmorru; jiswa biss
li l-Mulej ma jkeccinix ’il barra ghax m’iniex liebes jew liebsa
l-libsa tat-tieg.
Dalia Kandalaft OCV |