|
Fit-triq lejn
id-Dar ta' Alla
Dan il-pass
fit-thejjija taghna biex niltaqghu mal-Mulej huwa wkoll importanti.
Dan jaghmel parti minn process mentali u spiritwali shih li rridu
nghaddu minnu qabel ma naslu l-knisja. Hu dmir taghna li nuzaw
tajjeb ukoll il-hin li nghaddu minnu mindu nitilqu mid-dar sa ma
naslu l-knisja; sew jekk immorru bil-karozza u sew jekk nimxuha. Ma
nhallux dan il-hin ghaziz li digà jibda jdahhalna f’kuntatt mal-Mulej
jisfa fix-xejn b’hafna tpacpic fil-vojt. Ahna ninsabu sejrin ghal
laqgha qaddisa f’post qaddis, u ghalhekk l-imgiba taghna ma tistax
ma tkunx ukoll qaddisa.
Hafna
minnkom ghandhom mnejn qed jghidu: “Dan mhux possibbli!
Ma nistghux nahsbu biss f’Alla minn xhin nistenbhu sa
ma naslu l-knisja! Hemm bosta hwejjeg li rridu nahsbu fihom il-Hadd
filghodu, l-aktar nett min ghandu t-tfal iz-zghar u hafna xoghol
iehor xi jlesti.” Verissmu, jista’ jkun li qed nitolbu wisq
min-natura taghna lbnedmin li malajr taljena ruhha, imma forsi jekk
naghmlu hekk, nistghu niksbu dak il-ftit mehtieg ghal thejjija tajba
u qaddisa ghall-Ewkaristija, li hu dejjem ahjar minn xejn. L-ghan
ta’ dan kollu hu li naghmlu qlubna u mhuhna sensibbli biex jaghrfu
l-importanza u s-serjetà tal-Quddiesa bhala laqgha vera u reali ma’
Alla. U hawn nixtieq inserrhilkom mohhkom li ma jiswiex kemm nghaddu
sighat nahsbu fuq Alla, imma jiswa kemm naghrfu u nhossu l-prezenza
tieghu fostna u maghna, u kull darba li l-hsibijiet tad-dinja u
tal-hajja jeljenawna nergghu nippruvaw mill-gdid. Mela jekk matul
il-hin kollu tat-thejjija ghall-Quddiesa jsehhilna naghmlu biss
hsieb
wiehed serju u qawwi li fih nghidu lil Alla f’qalbna:
“Mulej, jien gej inqatta’ ftit hin mieghek u ta’ dan ninsab ferhan”
dan ikun aktar minn bizzejjed. Dan il-hsieb jista’ jigik f’kull hin
li fih inti tqieghed lilek innifsek fil-prezenza ta’ Alla.
Tista’ taghmlu malli tistenbah, jew int u tilbes, jew
xhin tohrog mid-dar u tirkeb il-karozza jew timxi sal-knisja...
hsieb zghir, li bih qalbek tqieghed lilha nfisha fuq l-istess
frekwenza tal-Qalb ta’ Alla. Bil-lingwagg modern tal-lum nghidu li
nkunu qisna qeghdin nibaghtu sms lil Alla li bih nghidulu li dalwaqt
naslu. Sewwasew kif jaghmlu l-hbieb li llum jaggornaw lil xulxin
b’dak li jigri dak il-hin stess permezz tal-mobile. Ma’ Alla
nistghu, anzi ghandna, naghmlu hekk ukoll!
Dalia Kandalaft OCV |