|
Il-Hadd mal-familja
Fuq xiex
nitkellmu l-Hadd filghodu man-nies tal-familja? Fuq xiex niddiskutu
ma’ wliedna fil-karozza ahna u sejrin il-knisja? Nahseb, u hekk
ghandu jkun, li nitkellmu ftit fuq kollox, nuru l-ideat, ix-xewqat u
xi jkollna f’mohhna. Ghax ghandu mnejn li l-Hadd filghodu hu l-uniku
waqt ghal hafna familji li fih jiltaqa’ kulhadd wara gimgha xoghol
jew studju. Izda fost tant kliem li nghidu, hemm ftit post ghal Alla
wkoll? Issir thejjija mhux biss personali, imma wkoll dik ta’
flimkien, ghal dak il-waqt li nkunu sa nghixuh flimkien bhala
familja? Kull wiehed minna huwa msejjah biex jaghmel tahrig ta’
thejjija ghall-Quddiesa f’qalbu u f’mohhu, izda kemm tkun haga
sabiha kieku dan naghmluh flimkien ma’ wliedna!
Nhar ta’
Hadd ghandna nitkellmu mhux biss fuq dak li jkollna f’mohhna naghmlu
matul il-jum: x’sa naghmlu u fejn sa mmorru nieklu; imma ghandna
nsibu hin li fih nitkellmu fuq l-aktar haga importanti li sa naghmlu
llum: it-talb u
s-sehem
li niehdu fil-Quddiesa tal-Hadd. Jehtieg noholqu l-waqt adatt li fih
il-familja tingabar biex tghid kelmtejn fuq l-impotanza ta’ din
il-laqgha taghna ma’ Gesł fl-Ewkaristija, u fuq kif din il-laqgha
ghandha tkun riflessa f’hajjitna, flimgiba taghna, fis-sehem li
niehdu fil-liturgija tal-knisja, u sahansitra f’ilbiesna. Hawn
il-genituri ghandhom missjoni importanti fl-edukazzjoni ta’ wliedhom,
dejjem b’ragunijiet gusti u validi li huma stess jghixuhom u jemmnu
fihom bis-shih f’qalbhom.
Kemm-il
darba ngergru li z-zghazagh taghna ma jgibux ruhhom sewwa fil-knisja,
ma jilbsux onest, ma jitolbux u ghandhom hsiebhom imtajjar u ma
jihdux sehem fil-Quddiesa! Izda dawn iz-zghazagh qatt semghuhom
lill-genituri taghhom ikellmuhom fuq il-Quddiesa u fuq din il-laqgha
intima mal-Mulej? Qatt fissrulhom x’naghmlu fil-Quddiesa u ghaliex
inqumu, noqoghdu bilqieghda, ninzlu gharkopptejna u nghidu certu
talb? Qatt fissrulhom birra guni u mhux bl-arroganza ghaliex xi
lbies mhux adattat ghall-knisja? U hawn, b’xorti hazina, jigini
f’mohhi li anki l-istess adulti dan ma jafuhx u huma wkoll tilfu l-veru
sens tal-liturgija u tal-Quddiesa.
Naf li z-zghazagh
tal-lum dejjem jaghmlu ta’ rashom u ma jisimghu minn hadd l-aktar
nett mill-enituri taghhom. Izda dan it-tahrig qatt ghamilnieh id-dar
meta wliedna kienu ghadhom zghar? Qatt qattajna ghaxar minuti nhar
ta’ Hadd qabel il-Quddiesa li fihom tkellimna maghhom fuq l-Ewkaristija?
Il-frott ta’ dawn in-nuqqasijiet taghna bhala adulti mbaghad jibdew
jidhru aktar tard meta wliedna jikbru u jsiru adoloxxenti.
Tridu
tibdew taghmlu tahrig ckejken minn nhar il-Hadd li gej, billi forsi
tuzaw il-hin intom u sejrin il-knisja biex tkellmu lil uliedkom dwar
Alla? U jekk ikollkom bzonn l-ghajnuna itolbuha; hemm hafna nies
qrib taghna li jistghu jghinuna nsibu l-kliem li ghandna nghidu.
Izda ejjew ma nahlux gurnata ohra tal-Hadd bla ma
nitkellmu fuq Alla malfamilja taghna!
Dalia Kandalaft OCV |