Il-Kelma ta’ Alla tibqa’ ghal dejjem; din hi l-kelma tal-Bxara t-Tajba li kienet imxandra lilkom.
 

Inqimu ’l Alla fl-ispirtu u s-sewwa

Gibu quddiem ghajnejkom din ix-xena flimkien mieghi: tnejn min-nies jiltaqghu hdejn il-knisja, isellmu ’l xulxin u jibqghu jithaddtu sakemm jaslu l-knisja; jaslu, jidhlu u jibqghu ghaddejjin bit-tahdita; joqoghdu bilqieghda u t-tahdita ghadha ghaddejja... imbaghad wara ftit, ghax sadattant xi hadd harsilhom bl-ikrah, jintebhu li qeghdin il-knisja u li hemm iridu jzommu s-skiet. U joqoghdu hemm jistennew li tohrog il-Quddiesa, izda mhux b’qalbhom ferhana ghax dalwaqt sa tibda l-laqgha taghhom ma’ Alla, imma l-hin kollu jharsu lejn l-arlogg: x’hin hierga dil-Quddiesa biex nehilsu u nitilqu ’l hinn? DIN HI TABILHAQQ TRAGEDJA!!!!

Qeghdin fi zmien li fih il-bicca l-kbira tan-nies tant hi mohhha mtajjar, li ma thossx id-differenza bejn barra l-knisja u go fiha. Ma thossx li l-knisja hija l-imkien qaddis li fih hemm ALLA, il-Mulej tal-ezercti, kif isejhulu l-Kotba Mqaddsa, il-hallieq tas-sema u tal-art. In-nies illum ghoddha tilfet is-sens tal-prezenza ta’ Alla u tal-biza’ ta’ Alla! Tiftakruha l-grajja ta’ Mosč, meta Alla ordnalu jnehhi l-qorq minn saqajh ghax kien fil-prezenza ta’ Alla u l-post fejn kien qieghed kien post imqaddes? Tiftakru li Mosč ghatta wiccu ghax ma felahx ihares lejn Alla (Ezodu 3: 4-6)? Tiftakruh lil Pietru jixtehet fl-ilma meta fehem li dak ir-ragel li raw fuq ix-xatt kien il-Mulej li qam mill-imwiet (Gwanni 21: 7)? U kemm ohrajn inxtehtu b’wicchom fl-art meta ntebhu li kienu fil-prezenza ta’ Alla? U ahna? Ahna ghandna lill-istess Alla quddiemna, f’kull hin tal-gurnata u f’kull jum ta’ hajjitna. Jinsab hemm fit-tabernaklu, u ahna flok naghmlu l-aktar haga xierqa kif nidhlu f’daru, jigifieri nqimuh, insellmulu, nithaddtu mieghu biss b’talb intimu, ahna ninsabu b’mohhna mtajjar fuq mitt haga fiergha u noqoghdu npacpcu ma’ dak u mal-iehor. It-Tempju ghal-Lhud, u ghalhekk anki ghal Gesų, kien post qaddis; kien il-post fejn jghammar Alla, fejn kien hemm il-Qaddis tal-Qaddisin bl-arka tar-rabta fih. Izda tiftakru x’ghamel Gesų meta ra li n-nies kienu biddlu t-Tempju f’suq? Dakinhar kien donnu tilef rasu u kecca ’l kulhadd ’il barra u qalbilhom l-imwejjed. Illum, b’xorti tajba, fil-knejjes ma nbighux naghag u hamiem, izda qed naghmlu xi haga aghar: nomoghdu c-chewing gum, noqoghdu bilqieghda b’sieq fuq ohra, nilbsu lbies imqaccat l-aktar nett fis-sajf, illabalbu ma’ ta’ hdejna, inhallu l-mobile mixghul u nwegbuh, nircievu u sahansitra nibaghtu sms... Mela ghiduli: x’tahsbu li jaghmel Gesų kieku llum kellu jidhol bhala bniedem fil-knejjes taghna? Sa jsibha dik il-qima, dik il-gabra fit-talb li jixtieq jew sa jsib suq iehor?

Ahjar xi hadd jiehu ghalih ghax ma nsellimlux u ma nkellmux fil-knisja milli noffendi l-Mulej. Ghalhekk, huti, ejjew ma nabbuzawx mill-hniena u l-imhabba ta’ Alla. Meta nidhlu l-knisja ejjew nuru r-rispett u l-qima li jisthoqqu lill-Mulej; ejjew nidhlu quddiemu u nqimuh mhux biss b’gisimna imma fuq kollox b’ruhna u b’qalbna, fl-ispirtu u s-sewwa.

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn