Profeta kbir qam fostna, u Alla zar il-poplu tieghu.
 

Laqgha ma’ Alla

Ghaddew il-festi u rgajna dhalna fiz-Zmien matul is-Sena tas-sena liturgika. Ghal min qed jaqra din il-pagna ghall-ewwel darba u ghal min qara l-ewwel kitbiet izda nesa fuqiex jitkellmu, billi l-waqfa ghal zmien ir-Randan u l-Ghid kienet twila, sa nerga’ ndahhal lill-qarrejja fis-suggett ta’ din il-katekezi.

Id-diskors huwa fuq is-sehem taghna fil-Quddiesa tal-Hadd. Izda fuq kollox qed issir enfasi fuq il-laqgha taghna mal-Mulej permezz ta’ din ic-celebrazzjoni liturgika li tinsab fit-tokk tat-twemmin taghna u tal-fatt li ahna Nsara. Mhemmx mod aktar dirett, aktar reali u aktar shih mill-Quddiesa biex niltaqghu ma’ Alla personalment u nhossuh maghna. U nahseb li hawn irridu nghaddu minn din l-esperjenza, izda jista’ jkun li ma nafux x’mezzi hemm li jistghu jghinuna niccaraw aktar il-vista taghna biex naraw ahjar bil-ghajnejn tar-ruh u mhux tal-gisem dak li jsehh tabilhaqq fil-Quddiesa: Alla li jigi fostna.

Biex niltaqghu mal-Mulej mhux bizzejjed immorru l-knisja u nisimghu l-Quddiesa nhar ta’ Hadd, jew sahansitra kuljum, izda nehtiegu thejjijiet tajbin u f’waqthom ghal din il-laqgha. Hafna jqattghu ghomorhom kollu jmorru jisimghu l-Quddies kuljum izda b’xorti hazina qatt ma ghaddew mill-esperjenza ta’ laqgha vera u intima ma’ Alla. Inti ma tistax tistenbah filghodu u tghid: “Illum sejjer biex niltaqa’ mal-President ta’ Malta.” Biex tiltaqa’ mal-President trid tikseb permess, taghmel appuntament, irid ikollok raguni tajba, trid thares ic-cerimonjal, tmur liebes pulit... u l-bqija. Hemm sensiela ta’ thejjijiet, u dan biex tiltaqa’ ma’ bniedem bhalek, ghad li hu jirraprezenta l-ghaqda tal-pajjiz. Ahseb u ara, mela, biex tiltaqa’ ma’ Alla!

Il-Knisja, imma wkoll kliem Gesù nnifsu, jghidulna li Alla huwa Missier mimli bl-imhabba, hanin, jahfer, sieber; hekk hu tabilhaqq. Izda nahseb li din l-idea ta’ Missier qed nifhmuha b’mod zbaljat. Fiducja fih iva; nuqqas ta’ qima le! Intimità mieghu iva; izda daqsu le! Imhabba iva; bruda le!

Kif jistghu zewg mahbubin jghixu mhabbithom bla ma jiltaqghu? L-imhabba ma tistax ma tiltaqax. Nahseb li mhux l-ewwel darba li sibna ruhna f’nofs gemgha kbira ta’ nies, naraw ghadd kbir ta’ wcuh izda ma niltaqghu ma’ hadd. Ghax il-laqgha hija haga intima u personali, u ma naghmluhiex ma’ kulhadd, imma ma’ dawk li qalbna tifrah meta narawhom, ma’ nies li maghhom ghandna relazzjoni tajba. Il-laqgha ssehh meta nkellmu lil xulxin, meta harsietna jiltaqghu, meta nitbissmu lil xulxin.

Il-fidi taghna tghix b’laqgha bhal din, u minghajrha tinxef, issir bla hajja, u ma tipproduci xejn, ma twarradx.

Mil-lum stess, ejjew inbiddlu daqsxejn l-atteggament u l-mentalità taghna; ma nghidux aktar: “Sejjer il-knisja bies nisma’ Quddiesa”, imma: “Sejjer niltaqa’ mal-Mulej”. Anki jekk dan ma nghiduhx b’ilsienna, ejjew nibdew nghiduh b’qalbna!

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn