Is-Salvatur taghna Kristu Gesł qered il-mewt, u dawwal il-hajja bla tmiem permezz tal-Evangelju.
 

Niccelebraw

Il-laqgha taghna mal-Mulej issehh fil-Quddiesa, jew f’dik li sikwit insejhulha Celebrazzjoni Ewkaristika. Xi tfisser celebrazzjoni? U kif nista’ niltaqa’ mal-Mulej jiena u niccelebra? U niccelebra lil min jew xiex? Sa naraw flimkien xi tfisser celebrazzjoni biex imbaghad nifhmu ahjar x’inkunu qeghdin naghmlu. Jiena nahseb li jekk ma nifhmux ezatt ghaliex niccelebraw, ma niehdu qatt sehem fic-celebrazzjoni u ghalhekk ma jkollniex esperjenza personali ta’ Alla. Il-bniedem ta’ kull zmien, ta’ kull kultura u religjon dejjem iccelebra l-waqtiet importanti ta’ hajtu u dejjem zamm f’mohhu xi grajjiet b’tifsira tal-istorja tieghu. Ic-celebrazzjoni hija haga marbuta mal-komunitą, mal-grupp, u mhux ma’ wiehed wahdu. Wahedna nistghu niftakru imma mhux niccelebraw. Meta niccelebraw nghixu jew nergghu nghixu l-grajja, nifirhu flimkien ghal xi haga li tnissel il-ferh, jew inbatu flimkien ghal xi haga li tnissel in-niket. Mela huwa ssehem tal-hafna, il-qaghda ta’ flimkien li tissolennizza u tweggah il-grajja. Bhalma n-nies jiccelebraw il-waqtiet importanti ta’ hajjithom, u belt jew pajjiz jiccelebra d-dati decizivi tal-istorja tieghu, hekk ukoll isir fil-qasam tal-fidi. Kull religjon ticcelebra l-waqtiet importanti li ghandhom tifsira qawwija ghall-fidi li tistqarr.

Hekk ukoll il-Knisja, minn dakinhar li fih Kristu qam mill-mewt, tiltaqa’ bla ma qatt tonqos kull l-ewwel jum tal-gimgha, biex l-Insara jiccelebraw flimkien bil-ferh il-helsien u s-salvazzjoni li gabilna Kristu, li miet, qam u issa jghix ghal dejjem. Dan jaghmluh ukoll fl-istennija tat-tieni migja tieghu. Il-Knisja titlef it-tifsira taghha jekk ma tiltaqax biex ticcelebra l-grajja li wilditha. Il-fidi taghna ma tibqax hajja jekk ma tixrobx bla waqfien mill-ghajn li minnha twieldet u mill-misteru li jsawwarha: Gesł Kristu!

Ic-celebrazzjoni Ewkaristika ma tistax ma tkunx waqt ta’ ferh kbir. Kull wiehed minna ghandu jhoss li din il-grajja hi tieghu, tifkira hajja u personali, inkella ma nifhmux ghaliex il-komunitą ghandha ticcelebra flimkien xi haga li ma tinteressax lil kull membru taghha. Jekk nitilqu minn dan, il-laqgha fil-knisja ma ghandhiex tkun mottiv ta’ dwejjaq. Hemm ma mmorrux ghax imgeghlin jew ghax obbligati, izda mmorru ghax joghgobna, ghax nifirhu meta mmorru, ghax irridu niccelebraw il-fidwa taghna.

Kristu, li hu Alla li ha gisem bhal taghna, sar huna. Huwa miet u qam mhux ghall-qassis, jew ghal dik ix-xiha li toqghod fl-ewwel bank, jew ghal dik il-familja li tinsab bilqieghda hdejja fil-knisja, jew ghas-sorijiet li qeghdin in-naha l-ohra. Kristu miet u qam ghalija (hawn kull wiehed jista’ jnizzel ismu), biex isalva lili, ghax ihobbni, ghax irid jarani ferhan, hieni, hieles mill-jasar tad-dnub, fi qbil perfett mal-holqien tieghu kollu, iridni perfett bhalu. Issa ghiduli intom jekk dan huwiex bizzejjed biex nifirhu... u niccelebraw!

Dalia Kandalaft OCV

___________________________________________________________________________

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn