|
Komunità li titlob
L-ahhar darba ghidtilkom li l-Quddiesa hija celebrazzjoni, u
fissirtilkom ftit x’jigifieri niccelebraw. Element iehor importanti
hafna biex il-Quddiesa taghna tal-Hadd tkun tabilhaqq celebrazzjoni
huwa l-komunità. Ma nistghux niccelebraw mal-barranin.
Niccelebraw mal-hbieb, mal-familja, ma’ nies li nhobbuhom. U hawn
naghmlu mistoqsija: ahna nhossuna komunità li titlob? Meta nghidu
“komunità” nifhmu: grupp ta’ persuni li ghandhom ghan komuni,
marbutin b’impenn reciproku u jaqsmu l-istess kultura, fidi u
valuri. Il-kelma “komunità” hi mnissla minn zewg kelmiet bil-Latin
cum u munus = “b’rigal”. Komunità titwieled ghax kull
wiehed iqieghed fil-komun u jaghti xi haga. Mela biex wiehed isir
membru ta’ komunità irid ikun kapaci jaqsam ma’ haddiehor dak li
ghandu u dak li hu u ma jistenniex li jiehu biss mill-ohrajn. U hawn
bizzejjed induru fuq il-Vangelu biex naraw kif kien il-veru mudell
tal-ewwel komunità Nisranija.
Fiha dak li hu tieghi huwa tieghek ukoll... fiha l-gid ma kienx
tal-individwu imma tal-gemgha... fiha ma kienx hemm nies fil-bzonn
imma min kellu z-zejjed kien jaghtu lil min kellu n-nieqes... fiha
lkoll kienu qalb wahda u spirtu wiehed (ara Atti 4: 32-35).
Imma x’inhu dak li jaghmel komunità “Nisranija”?
>
Hija l-prezenza ta’ Kristu rxoxt fostna bis-salib tieghu li hu
simbolu tal-imhabba li Alla ghandu ghall-bniedem u tal-imhabba li
l-bniedem ghandu jkollu lejn il-proxxmu tieghu (ara Gw 3: 16).
>
Hija l-prezenza ta’ Kristu rxoxt fostna bil-Kelma tieghu li
tixxandar lilna u jekk irridu nissiehbu fil-Familja tieghu jehtieg
nisimghuha u nghixuha (ara Lq 8: 21).
>
Hija l-prezenza ta’ Kristu rxoxt fostna bil-Gisem u d-Demm tieghu
biex min jiekol u jixrob ikollu l-hajja ta’ dejjem (ara Gw 6: 54).
Huwa Kristu li jaghmel mill-komunità taghna komunità Nisranija. Huwa
l-qalba, il-bidu u t-tmiem tal-ezistenza taghna. U meta
ghall-imhabba tieghu jsehhilna naraw f’kull persuna li tmiss maghna
membru tal-istess gisem, parti mill-istess familja minghajr
pregudizzji, imbaghad il-komunità taghna titlob tabilhaqq b’qalb
wahda u spirtu wiehed. Fil-prattika x’ghandna naghmlu biex inhossuna
komunità? Kif tafu tajjeb ma tezisti ebda formula magika; dan hu
process gewwieni li kull wiehed minna jrid jghaddi minnu. Nibdew
bl-imhabba li ghandna ghal Kristu li tghaqqadna lkoll fih, billi
nkunu rridu naqsmu mal-ohrajn parti minna stess, parti minn dak li
ghandna, xi tislima, xi tbissima, xi thaddina; billi nharsu lejn min
ikun qribna bil-ghajnejn tal-fidi u l-imhabba; billi fil-knisja kull
tant inbiddlu postna biex b’hekk insiru nafu nies u stejjer ohrajn.
Jehtieg inkunu kreattivi biex inhossu kif dan il-post qaddis u din
ic-celebrazzjoni jaghmluna komunità li titlob.
Dalia Kandalaft OCV |