Nhar id-19 ta’ Gunju 2009, il-Q.T. il-Papa
Benedittu XVI, ghogbu jiddedika is-sena 2009-2010 lis-sacerdot,
fl-okkazjoni tal-150 sena mill-mewt ta’ San Gwann Battista Maria
Vianney (1786-1859), maghruf bhala l-Kurat ta’ Ars. Il-Papa San Piju
X li bbeatifikah ghazlu bhala l-patrun tal-kappillani u l-Papa
Benedittu XVI matul din is-sena hatru bhala l-patrun tas-sacerdoti
kollha. Il-Papa pprofitta proprju minn dan l-anniversarju biex
iniedi s-sena sacerdotali minhabba li l-Kurat ta’ Ars "huwa tassew
ezempju ta’ raghaj li ntefaq fil-qadi tal-merhla ta’ Kristu."
It-tema maghzula mill-Papa ghal din is-sena hija: "Fedeltà ta’
Kristu, fedeltà tas-sacerdot." Il-Knisja kollha mhegga tirrifletti
fuq id-don tas-sacerdot fil-Knisja u r-rwol importanti tieghu fost
il-poplu ta’ Alla. Ghaldaqstant f’din is-sensiela sa noffru ftit
hsibijiet biex jghinuna nifhmu aktar l-identità u r-rwol
tas-sacerdot.
L-ewwel nett is-sacerdot huwa don tal-fedeltà ta’
Kristu lejn il-poplu tieghu. Il-Kurat ta’ Ars kien itenni:
"Is-sacerdozju huwa l-imhabba tal-Qalb ta’ Gesù" lejn il-poplu
tieghu. It-tieni, il-fedeltà tas-sacerdot tiddependi u ssib l-gheruq
taghha fil-fedeltà ta’ Kristu l-ewwel lejn is-sacerdot innifsu li
kif jghid il-Papa fl-ittra lis-sacerdoti, Kristu "ghazlu, sejjahlu
b’ismu u baghtu ghand il-poplu tieghu." Ghaldaqstant, kif inhi
x-xewqa tal-Papa, din is-sena hija mahsuba biex l-ewwel nett irroddu
hajr lil Alla b’qalbna kollha "ta’ dan id-don bla qjies li hu
s-sacerdot, mhux biss ghall-Knisja imma wkoll ghall-gens kollu
tal-bnedmin."
Dan l-ahhar, drajna nisimghu hafna dwar
is-sacerdoti, u mhux dejjem kliem pozittiv. Forsi dan igeghelna
ninsew is-sbuhija tas-sacerdozju u l-gid kbir li nircievu lkoll kemm
ahna mis-sacerdot. Insemmu b’mod partikulari u nahsbu "f’dawk
is-sacerdoti kollha li kuljum, fis-skiet, iwasslu l-kliem ta’ Kristu
u l-imgiba tieghu lill-poplu ta’ Alla u lid-dinja kollha huma u
jaghmlu hilithom kollha biex ikunu haga wahda mal-Mulej fi
hsibijiethom u fir-rieda taghhom, bil-herqa kollha ta’ qalbhom u
bl-istil ta’ hajjithom. Kif nistghu ma nsellmux b’radd ta’ hajr
il-hidma appostolika taghhom, il-qadi bla heda u fil-mohbi,
l-imhabba taghhom ghal kulhadd? Kif ma nfahhrux il-fedeltà kuragguza
ta’ hafna sacerdoti, li mqar f’nofs it-tigrib u meta ma jifhmuhomx,
jibqghu fidili ghas-sejha taghhom bhala ‘hbieb ta’ Kristu’."
Sacerdot qaddis huwa barka kbira ghall-poplu ta’ Alla afdat f’idejh!
Ghaldaqstant, din is-sena ghandha tkun okkazjoni
ghas-sacerdoti kollha biex jidhlu ftit fihom infushom u quddiem Alla
jiggeddu fil-hajja taghhom u jaraw kif bil-grazzja ta’ Alla jistghu
jkunu aktar xbieha ta’ Kristu Raghaj li jaghti hajtu ghall-merhla
ghaziza tieghu. Kull sacerdot huwa mheggeg jiftakar il-jum u
s-siegha l-aktar sabiha u prezzjuza meta Gesù Kristu, tefa’ d-dija
ta’ wiccu fil-qalba ta’ ruhu u staqsieh b’mod tassew intimu u
personali, dik il-mistoqsija li darba ghamel lil Pietru: "Thobbni
int aktar minn dawn?" Kull sacerdot huwa mheggeg jiftakar li
dakinhar huwa wiegeb b’hafna mhabba u treghid: "Iva, Mulej, inti taf
kollox, inti taf li jiena nhobbok!" Kull sacerdot fil-qalba ta’ ruhu
jiftakar dakinhar x’wiegbu Gesù: "Irgha n-nghag tieghi!" Huwa
ghall-imhabba ta’ Kristu biss li s-sacerdot jiehu fuqu din ix-xewqa
ta’ Kristu, ghax kif tghidilna l-ittra lil-Lhud: "Hadd ma ghandu
jiehu b’idejh dan il-gieh, imma biss dak li hu msejjah minn Alla".
P. Charlò Camilleri OCarm.